Illum kompliet x-xhieda ta’ Melvin Theuma, is-sensar fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fil-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Yorgen Fenech.
In-negozjant u sid il-kumpanija 17 Black huwa akkużat b’kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista li twettaq fis-16 t’Ottubru, 2017.
15:04 Il-live blog tagħna jintemm hawn ukoll. Grazzi talli segwejtuna
15:01 Is-seduta tal-lum tintemm hawn
15:01 Il-Maġistrat trid li s-smigħ ikompli l-Ħamis f’nofsinhar
14:55 Il-Maġistrat terġa’ tgħid lil Theuma biex jidħol fl-awla. Jerġa’ jibda jixhed
14:54 Ix-xhieda ta’ Theuma tintemm hawn
14:54 Theuma jiftakar ġurnata li fiha Fenech ċempillu biex iwassalu sal-Girgenti għax kellu festin organizzat mill-PM Joseph Muscat
14:50 Azzopardi jitlob lil Theuma jikkonferma li fis-16 ta’ Ottubru 2018 kien hemm l-unika perjodu ta’ 24 siegħa li Fenech ma kkomunikax miegħu. Theuma jikkonferma dan. Jgħid li x’aktarx Fenech kien inkwetat u qatta’ ġurnata fis-sodda fl-ewwel anniversarju mill-qtil ta’ Daphne
14:43 Fuq Facebook Mandy Mallia (oħt Daphne) tgħid li Melvin Theuma kemm-il darba infaqa jibki fl-awla peress li ħass li weġġa’ lill-familja tiegħu. “Aħjar ma ngħid xejn,” tgħid Mallia.
14:40 Theuma qal li Fenech qallu li taħt Gvern Laburista ikunu siguri u li ma jinqabdux
14:34 Theuma: Indunajt li kieku Fenech kien ħabib ta’ veru ma kienx se jgħaddini minn dan l-inwkiet kollu
14:29 Theuma jgħid li qal lil Fenech biex jgħidilhom biex ma jeliminawħx. Kompla jispjega li jekk Fenech u Schembri ppjanaw li jeħilsu minnu mar jokrob għand Fenech biex ma jagħmlux hekk
14:18 Arnaud jirreferi għall-konverżazzjoni tas-17 ta’ Ottubru 2018
14:17 Yorgen Fenech ta wkoll ġojjellerija tiswa l-flus lil Theuma – inkluż djamanti. Kien hemm ukoll ritratti ta’ żewġ artijiet biex jixtruhom flimkien. Theuma jgħid fil-Qorti li kien fl-interess ta’ Yorgen Fenech biex iżommu kuntent biex ma jatix il-pen drives lill-Pulizija
14:08 “Kont ċert li Fenech u Schembri riedu jeħilsu minni” – Melvin Theuma
14:06 Theuma jtenni li kien ikun aħjar kieku kien mejjet u mhux ħaj. Iżid jgħid li kien jikkalmah.
14:05 Jgħid ukoll li qal li kien lest jidħol f’xi nkwiet ħalli jidħol il-ħabs u jkellem lit-tliet persuni akkużati bil-qtil
14:00 Theuma jiftakar li Fenech qallu li kien se jipprovdi linja internazzjonali tat-telefonija lill-aħwa De Giorgio
13:57 Theuma jgħid li Fenech talbu biex joqgħod għassa bħala security quddiem id-dar ta’ Keith Schembri. Dan għaliex Schembri ma kien jafda lil ħadd.
Azzopardi jitolbu jiċċara jekk ifissirx li Schembri ma kienx jafda lill-pulizija għas-sigurtà quddiem id-dar tiegħu, imma kien jafda lil Yorgen Fenech biex jitlob lis-sensar tal-qtil ta’ Daphne biex jogħqod għassa. Melvin Theuma jikkonferma dak li qal Azzopardi.
13:54 Azzopardi jitlob lil Theuma jikkonferma jekk kienx bagħat email lil Joseph Muscat fuq l-email personali tiegħu
13:52 Theuma jgħid li ma kienx ċert jekk staqsiex lil Fenech biex itih id-data tat-twelid tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat biex ikun jistgħa jilgħabhom għal-lottu
13:48 Theuma jgħid li hu u Johann Cremona kienu jirreferu għal Keith Schembri bħala “KK”
13:46 Theuma jgħid li huwa 99.9% ċert li kien Yorgen Fenech li infurmaħ li kien se jiġi arrestat fis-16 ta’ Novembru
13:41 L-Ispettur Arnaud jikkjarifika li Theuma staqsa lil Fenech biex ikellem lil Lawrence Cutajar, l-eks Kummissarju, biex ma jarrestawx lis-sieħba tiegħu u lit-tifla.
13:40 F’wieħed mill-messaġġi Theuma jgħid li ma jistax jorqod minkejja li qed jieħu l-anti-dipressants. Fenech jgħidli li hu ma setax jorqod għal żewġt iljieli wara xulxin
13:34 Theuma ċempel lil Fenech li qallu li kien qed jagħmel l-aħjar li jista’ biex jeħlishom mis-sitwazzjoni. Theuma jgħid li jemmen li Keith Schembri kien qed jgħin lil Fenech.
Theuma jgħid li għejja jgħix hekk.
13:29 Azzopardi jibda jaqra l-messaġġi. Theuma jemozzjona ruħu
13:28 Azzopardi jgħid li fil-messaġġi nnota li Theuma qed jirreferi għal nies oħra wkoll
13:27 F’messaġġ minnhom Fenech kiteb lil Theuma li ma jistax jifhem għalfejn ma jafdaħx u li se jirnexxielhom jeħilsu mill-biċċa
13:16 L-avukat Jason Azzopardi jistaqsi lil Theuma dwar messaġġi li ntbgħatu fit-12 ta’ Novembru 2019
13:15 Il-Qorti tagħti kopja tat-traskrizzjonijiet lil Theuma
13:12 Jerġa' jidħol Melvin Theuma
13:12 Espert tal-Qorti ppreżenta dokumenti dwar messaġġi li għaddew bejn Yorgen Fenech u Melvin Theuma
12:36 Qed nistennew lill-Maġistrat Montebello tidħol
12:14 Il-Qorti tissospendi s-seduta għal ftit minuti
12:14 Melvin Theuma jgħid li Fenech qallu li Vince Muscat kien se jikxef kollox biex jirċievi maħfra presidenzjali
12:02 Theuma jgħid li qatt ma ddiskuta l-qtil ma’ Keith Schembri
12:01 “Ikkonkludejt li Keith Schembri kien involut fil-qtil peress li kien ġie rrappurtat li kien qed jirċievi l-flus mingħand Fenech permezz tal-proġett tal-power station,” jgħid Theuma.
Theuma jgħid ukoll li darba meta Fenech kien imsiefer il-mobile tiegħu kien mitfi u ddeċieda li jmur qrib Kastilja biex jara jekk ikunx jista’ jara lil Keith Schembri jew lil Kenneth Camilleri u jsaqsihom biex jgħidu lil Fenech biex jixgħel il-mobile. Theuma jtenni li Fenech dejjem qallu li Schembri kien ħabib tiegħu.
11:53 Theuma jgħid li r-recordings huma biss ta’ konverżazzjonijiet li kellu ma’ Fenech u oħrajn li kellu ma’ Johann Cremona
11:52 Theuma jgħid li tgħallem jagħmel recordings permezz tat-tifla tas-sieħba tiegħu.
Darba urietu kif jitrasferixxi r-recordings mill-mobile għal fuq laptop imbagħad għal fuq pen drive.
“Dejjem żammejt ir-recordings għalijja,” jgħid Theuma.
11:43 Il-Maġistar Montebello tgħid li dan ifisser li din mhux se tkun l-aħħar darba li se jihed Theuma jekk dawn ir-recordings jiġu ppreżentati.
11:39 L-Ispettur Keith Arnaud jgħid li hemm sett recordings oħra li l-Pulizija għadha qed tinvestiga
11:38 Theuma jintalab joħroġ mill-awla għal ftit minuti
11:37 Theuma jixhed li jemmen li Keith Schembri huwa involut fl-omiċidju. Jgħid li jaf biss b’persuna waħda li ordnat l-assassinju li huwa Yorgen Fenech
11:36 Jgħid li talab lil Fenech ikellem ukoll lill-Kummissarju tal-Pulizija.
“Kellmu lil ta’ Ħal Luqa”
Theuma jiftakar li sieħbu Edwin Brincat kien kellem lill-Kummissarju dwar multa.
Brincat imbagħad qallu li l-Kummissarju kien jaf dwar ir-recordings.
11:33 Theuma jgħid li talab lil Fenech jagħmel xi ħaġa peress li s-sieħba tiegħu u t-tfal ma kinux involuti fl-affari. Fenech qallu li kien se jagħmel dak kollu possibbli imma li ma setax ibiddel id-data tal-arrest tiegħu – is-16 ta’ Novembru 2019
11:30 Wieħed mill-postijiet li ma saritx spezzjoni fih kienu ż-żewġ stalel ta’ Theuma. Theuma jgħid li waħda hija vojta u immigrant irregolari jgħixu fl-istalla l-oħra
11:23 Darba qabel ma ġie arrestat Johann Cremona qallu li kien se jtih il-mistoqsijiet li kienu se jsaqsuh il-Pulizija u l-postijiet li kienu se jispezzjonaw. Qal li qatt ma rċieva din l-informazzjoni u spjega li kellu argument ma’ Fenech lejlet l-arrest tiegħu.
11:22 Fl-istess sena, ġie arrestat u l-kont bankarju tal-HSBC ingħalaq u ġiet irtirata sanction letter mill-BOV għal appartament li ried jixtri u li Johann Cremona qallu li kien f’ħafna inkwiet b’rabta mal-ħasil tal-flus.
Qal li kien qed jaħseb li dan kollu kien qed jiġri lilu minħabba l-qtil ta’ Daphne.
Theuma qal li Fenech qallu li kien se jtih il-flus biex ma jitlifx l-appartament li xtaq jixtri f’San Ġwann.
11:18 Theuma jgħid li dakinhar li ġie arrestat ried jitkellem mal-Ispettur Arnaud ma kienx jaf x’inhi maħfra presidenzjali peress li kull ma xtaq jagħmel huwa li jgħid il-verità dwar min ordna l-assassinju ta’ Caruana Galizia.
“Kont nippreferi nkun mejjet milli ngħix il-ħajja li kont qed ngħix. Kont depressed u anke Yorgen kien jaf li waqajt f’depression. In fatti, tani €5,000 biex imur btala,” qal Theuma.
11:07 Theuma jgħid li tant kien inkwetat li ried jitkellem ma’ Matthew Caruana Galizia dwar kollox u anke mal-Arċisqof biex ifittex l-għajnuna u l-gwida. Jgħid ukoll li kien jitkellem mal-ħabib tiegħu Edwin Brincat.
10:57 Jinstema’ recording ieħor. Theuma ma jiftakarx meta saret il-konverżazzjoni. Però, huwa ċert li saret wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia
10:47 Theuma jikkjarifika li din l-informazzjoni ngħatat lilu minn Yorgen Fenech
10:45 Theuma jgħid li dakinhar li splodiet il-karozza taċ-Chippy, hu u Fenech kienu se jivjaġġaw lejn Franza
10:44 Jgħid li kien jistaqsi lil Yorgen Fenech x’jiġri minnhom jekk iwaħħlu fihom bl-omiċidju. Thuema jgħid li Fenech kien jgħidlu li jieħu ħsieb l-affarijiet hu
10:41 Theuma għadu ma jistax jifhem parti partikolari ta’ recording minnhom. L-Ispettur Keith Arnaud jiddeċiedi jipproċedi bil-mistoqsijiet tiegħu xorta waħda. Arnaud jistaqsi lil Theuma kif ħassu meta l-informazzjoni dwar l-involviment ta’ persuni oħra bdiet ħierġa. Theuma jgħid li kien iħossu jistrieħ.
10:27 Ir-recordings qed jinstemgħu għal darba, tnejn, tlieta peress li Theuma ma jistax jifhem x’qed jintqal fihom
10:21 Theuma ġie ordnat biex jersaq f’post ieħor peress li mhux qed jirnexxielu jisma’ r-recordings u l-mistoqsijiet li qed jistaqsuh minħabba l-perspex li twaħħal fil-qorti
10:03 Is-sensar tal-assassinju jgħid li Keith Schembri u Silvio Valletta kienu jgħaddu l-informazzjoni lil Yorgen Fenech.
10:02 Dwar il-mowbajls li nstabu fil-baħar il-Marsa, Theuma jgħid li lilu qalulu li kienu sabu mowbajls relatati ma' każijiet oħrajn ta' qtil, inkluż dak tal-HSBC, imma ma kellhom jiżvelaw xejn għax hemm nies prominenti involuti.
Melvin Theuma qal li din l-informazzjoni la tahielu Yorgen Fenech u lanqas Johann Cremona.
09:57 Theuma jgħid li sal-lum għadu ma jafx jekk il-pulizija kinux sabu l-mowbajl tiegħu fil-baħar qrib it-tinda tal-patata fil-Marsa.
09:55 Ir-rikordings li qed jinstemgħu llum huma dawk li nstemgħu fis-seduta ta' ġimgħa ilu sabiex ċerti ineżattezzi jitranġaw.
09:50 Theuma jingħata par headphones sabiex ikun jista' jisma' r-rikordings aħjar.
09:47 Melvin Theuma jidħol fl-awla.
09:45 Il-Maġistrat Montebello ordnat li Melvin Theuma jerġa' jisma' r-rikordings sabiex jikkonferma dak li qed jingħad. B'dan il-mod, it-traskrizzjonijiet ikunu jistgħu jiġu kkoreġuti.
09:36 Dr Azzopardi jgħid li hu fl-interess ta' kulħadd li t-traskrizzjonijiet ikunu sħaħ, mingħajr biċċiet neqsin.
09:34 L-Ispettur tal-Pulizija Keith Arnaud u l-Avukat Jason Azzopardi jgħidu li fit-traskrizzjonijiet tar-rikordings mgħoddijin lill-Pulizija minn Theuma hemm siltiet twal tal-konverżazzjonijiet neqsin.
09:31 Il-Maġistrat Montebello tgħid li llum l-aħħar darba li Melvin Theuma qed jintalab biex jixhed f'dan il-każ.
09:28 Il-Maġistrat Rachel Montebello tidħol fl-awla.
09:19 Is-smigħ tal-lum kellu jibda fid-9am.
09:14 5 uffiċjali tas-sigurtà mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin jinsabu preżenti fl-awla.
09:10 Yorgen Fenech jidħol fl-awla.
08:55 Bonġu, nilqgħukom għal dan il-blogg live mill-qorti, fejn mistennija tkompli x-xhieda ta' Melvin Theuma fil-konfront ta' Yorgen Fenech.
Yorgen Fenech huwa rappreżentat mill-Avukati Dr Gianluca Caruana Curran, Dr Marion Camilleri u Dr Charles Mercieca. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra, assistiti mill-Avukat Ġenerali.
L-Avukat Jason Azzopardi qed jidher parte civile għall-familja Caruana Galizia.