Ma nemminx li l-qtil ta’ Daphne kellu x’jaqsam mal-Electrogas – Apap Bologna

Paul Apap Bologna
Miguela Xuereb

Read in English.

Paul Apap Bologna, li għandu ishma fl-Electrogas kompla jixhed illum fl-inkjesta pubblika fil-qtil tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia.

X’inhuma l-punti ewlenin mis-smigħ tal-lum?

  • Ma nemminx li l-qtil ta’ Daphne kellu x’jaqsam mal-Electrogas – Apap Bologna
  • “L-affarijiet dejjem setgħu saru aħjar” – Apap Bologna dwar l-Electrogas
  • “Ovvjament ħass li jiena stajt nikkontribwixxi xi ħaġa,” wieġeb Apap Bologna meta mistoqsi għaliex Michael Farrugia kien poġġieh bħala membru tal-bord tal-MEPA
  • Apap Bologna kkonferma li ma kienx jaf bis-sapport ta’ Mizzi għall-proġett
  • Yorgen Fenech ma kienx jaf dwar il-proġett sa Jannar tal-2013,” qal lill-bord
16:02 Is-smigħ li jmiss se jsir nhar il-Ġimgħa fid-9.30am.
Nicole Borg
16:02 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
16:00 Jason Azzopardi: Inti u Yorgen Fenech kellkom group chat. Inti f'pożizzjoni li teskludi PEPs fil-bord?

Apap Bologna: Ma kontx f'chats mal-PEPs.
Nicole Borg
15:59 Dr Azzopardi staqsa jekk ix-xhud ipproduċiex dokumenti li juru t-timeline.
Nicole Borg
15:59 Jason Azzopardi: L-ispejjeż tal-assigurazzjoni kien inklużi?

Apap Bologna: Nimmaġina li iva. Kellna sena ċans biex niksbu l-assigurazzjoni.
Nicole Borg
15:57 Dr Azzopardi staqsa jekk il-familja tiegħu ngħatatx direct order minn Michelle Muscat.

Apap Bologna qal li m'għandux idea.
Nicole Borg
15:56 Il-bord ippressa lix-xhud, hu wieġeb "l-affarijiet dejjem setgħu saru aħjar".
Nicole Borg
15:55 "Nittama li dawk l-email ma kienux il-mottiv," kompla jgħid Apap Bologna.
Nicole Borg
15:54 "Ix-xogħol kollu li għamilna. L-audits forensiċi li għamilna. U wisq probabli l-Electrogas ma kellha xejn x'taqsam ma' dan," qal Apap Bologna.
Nicole Borg
15:54 "Iva dawk l-emails jistgħu jqajmu tħassib," Apap Bologna qal issa.
Nicole Borg
15:53 L-Imħallef Lofaro staqsiet lix-xhud: Inti smajt li l-email li għadhom kemm inqraw lilek? Għadek ma taħsibx hekk?

Apap Bologna: Ma naħsibx.
Nicole Borg
15:53 Apap Bologna qal: "Ma nemminx li Caruana Galizia hija relatata mal-proġett."
Nicole Borg
15:52 L-audit forensiku sewa €7 miljuni.
Nicole Borg
15:52 Hu ċaħad li introduċa lil Siemens lil Mizzi u qal li hu kien iltaqa' ma' Mizzi snin wara f'avveniment soċjali.
Nicole Borg
15:50 Apap Bologna qal li hu ltaqa' ma' Siemens f'Londra u f'Malta. Siemens bdew bħala fornitur u spiċċaw bħala equity shareholders. Apap Bologna kkonferma li ma kienx involut fin-negozjati magħhom.

Apap Bologna qal li huma kienu avviċinaw lil Rolls Royce u Mitsui, u żied jgħid li MNC Siemens kellha t-teknoloġija u s-saħħa finanzjarja.
Nicole Borg
15:49 Siemens daħlu fl-istampa tard, wieġeb Apap Bologna għal mistoqsija tal-Prim Imħallef Emeritu.
Nicole Borg
15:47 Comodini Cachia staqsiet jekk iċċekkjawx il-finanzi ta' Gasol.

Apap Bologna qal li SOCAR u Gasol ġew flimkien, b'SOCAR tagħmel il-garanziji għat-tnejn li huma. Żied jgħid li hu ma kienx ra l-accounts ta' Gasol meta sar il-ftehim magħha.
Nicole Borg
15:47 Apap Bologna ma jafx meta ffirmaw il-ftehim tal-konsorzju ma' Gasol.
Nicole Borg
15:46 Il-Prim Imħallef Emeritu nnota li din hija stramba li x-xhud ingħata din il-kariga, u żied jgħid li kien jifhem li kieku kien appuntat Gasan.

"Ovvjament ħass li jiena stajt nikkontribwixxi xi ħaġa," wieġeb Apap Bologna.
Nicole Borg
15:45 Comodini Cachia: X'inhi l-esperjenza tiegħek fl-ippjanar.

Apap Bologna: M'għandix esperjenza.

Comodini Cachia: Għaliex kont appuntat fuq il-bord tal-MEPA?

Apap Bologna: Nitgħallem waqt li naħdem. Ħsibt li kienet opportunità tajba.

Comodini Cachia: Min avviċinak?

Apap Bologna: Michael Farrugia. Kont nafu għax jien ninsab fl-industrija tal-farmaċewtika.
Nicole Borg
15:43 Comodini Cachia qrat minn email mibgħut minn Apap Bologna fl-20 ta' Marzu tal-2017 lil Halpin fejn infurmaha li l-investituri organizzat site visit.

Apap Bologna qal li dawn ikunu mgħoddija lilu possibilment minn SOCAR eċċ u ken jakkumpanjahom meta jkun Malta.
Nicole Borg
15:42 Comodini Cachia: L-investituri kienu interessati li jinvestu fl-Electrogas?

Apap Bologna: F'ċertu punt, l-imsieħba kienu qed jesploraw dan. Imma ma kien hemm xejn ta' sustnaza. Jien ma kontx involut direttament.
Nicole Borg
15:42 Apap Bologna kkonferma li Gasan ma aċċettax li jkun appuntat minflok Fenech.
Nicole Borg
15:40 Comodini Cachia: Ray Fenech qatt tak xi raġuni dwar ir-riżenja ta' Fenech f'Novembru?

Apap Bologna: Le.

Comodini Cachia: Kont konxju li Gasan u Siemens riedu r-riżenja ta' Fenech? Kont taf li Fenech irreżenja f'Mejju u Gasan irrifjuta.

Apap Bologna: Fenech ma kienx azzjona r-riżenja tiegħu.
Nicole Borg
15:40 Apap Bologna qal li l-prinċipju fundamentali wara ż-żieda fil-membri tal-bord kien li l-quorum ikun imtejjeb.
Nicole Borg
15:38 Comodini Cachia qrat email li ntbagħat ftit tal-jiem wara l-assassinju. L-email tgħid li Fredrick kien qed ikun diffiċli u tistaqsi jekk "Mizzi kienx għadu fil-poter politiku biex jinfluwenza" hekk kif l-Electrogas kienet qed issibha diffiċli biex tilħaq għeluq finanzjarju.
Nicole Borg
15:36 Apap Bologna kkonferma li ma kienx jaf bis-sapport ta' Mizzi għall-proġett.
Nicole Borg
15:36 Apap Bologna qal li am kienx jaf dwar dan u li kien jistaqsi dwar dan li kieku kien jaf.
Nicole Borg
15:34 Hi qrat email fejn il-kompetitur talab għal inqas minn dak suġġerit mill-gvern. Fenech kien talabhom biex jistennew għax il-gvern kien issuġġerixxa fornitur li hu aktar għoli fl-prezz u ma riedx li "jirrabja lill-gvern".
Nicole Borg
15:33 Comodini Cachia: Kont konxju li l-interferenza mill-gvern wasslet biex ikun hemm influwenza fuq l-għażla tal-fornituri tas-servizzi?

Apap Bologna; Le.
Nicole Borg
15:32 F'email li ntbagħat fl-2016, il-gvern kien involut fil-merkanzija tal-Electrogas inkluż tal-lapsijiet riċiklati u basktijiet.

Qal li mhux konxju.
Nicole Borg
15:30 Apap Bologna qal li hu ma jafx min hi Lindey Gambin. Qal li lanqas biss jaf min huma l-individwi mniżżla. Qal li sar jaf issa li intervjena l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Comodini Cachia staqsiet jekk hu keinx konxju li l-OPM struzzjonat lill-Electrogas dwar kif twieġeb lill-media, liema intervisti għandhom ikunu aċċettati u kif twieġeb lil The Guardian fost oħrajn.

Hu qal li ma kienx konxju.
Nicole Borg
15:27 Apap Bologna qal li hu ltaqa' ma' Konrad Mizzi "ħafna aktar tard" u "dwar suġġett differenti" meta mistoqsi jekk kien konxju li kien hemm dipendenza fuq Konrad Mizzi biex jirċievi konċessjonijiet u approvazzjoni tat-tip.

Comodini Cachia qrat email minn serje ta' emails. Din kienet intbagħtet minn Siemens fejn issuġġeriet li għandhom iwaħħlu fi Fredrick Azzopardi sakemm Mizzi jagħti l-permess tiegħu.
Nicole Borg
15:26 Hu qal li ma staqsiex għal konċessjonijiet u mhux konxju jekk l-Electrogas talbiex għal aktar konċessjonijiet.
Nicole Borg
15:26 Comodini Cachia staqsiet dwar l-email bis-suġġett tiegħu jgħid "idea".
Nicole Borg
15:25 Comodini Cachia: X'kien l-impatt li Malta kellha tħallas it-taxxi tas-sisa fuq ir-rata ta' dħul tiegħek?

Apap Bologna: Tnaqqis.
Nicole Borg
15:24 Jekk it-taxxa tas-sisa kellha tkun inkluża fil-mudell finanzjarju, din kienet se twassal għal tnaqqis fid-dħul, qal Apap Bologna. Qal li hu jrid jiċċekkja meta għandhom jitħallsu d-danni likwidati lill-Enemalta, jekk hux fit-18-il sena tal-ftehim jew wara li jintemm.
Nicole Borg
15:22 Apap Bologna qal li l-eżenzjoni tat-taxxa tas-sisa fuq il-merkanzija kollha kienet se titħallas mill-konsumatur, jiġifieri l-Enemalta.

"Inti konxju li l-ftehim oriġinali jgħid li din kellha titħallas mill-Electrogas?" staqsiet Comodini Cachia.

"Le," wieġeb hu.

"Mela mur aqra l-ftehim," qaltlu l-avukat.
Nicole Borg
15:21 Apap Bologna ċaħad li kien f'ikla f'Portomaso li għaliha kien hemm preżenti Joseph Muscat qabel l-elezzjoni tal-2013.
Nicole Borg
15:16 Comodini Cachia staqsietu jekk kienx konxju ta' dan:

"Dear all, the attached exchanged of emails is the inland revenue agreement €30m upfront payment is tax deductible, the VAT – Enemalta paid directly to government (rather than being billed to EGM and apply for a refund), any compensation to Electrogas would not be taxable on gas and is outside the scope of VAT."

Apap Bologna: Qal li mhux konxju ta' dan u li ried jikkonferma mal-accountant.
Nicole Borg
15:15 Comodini Cachia: It-taxxa tas-sisa kienet l-unika konċessjoni dwar it-taxxa li ngħatat lill-Electrogas?

Apap Bologna: X'nifhem jiena huwa li dan kien se jitħallas mill-Enemalta.

Comodini Cachia: Kien hemm konċessjonijiet oħra tat-taxxa?

Apap Bologna: Mhux sa fejn naf jiena.
Nicole Borg
15:14 Apap Bologna qal li attenda għal laqgħat tal-bord tal-Electrogas fl-2017 bħala osservatur u mhux bħala direttur. Qal li dan m'għamlux b'mod frekwenti kif messu għamel.
Nicole Borg
15:12 Comodini Cachia: Jekk ma kontx involut għaliex ktibt dan l-email lil Catherine Halpin?

Apap Bologna: Le. Irringrazzjajtha ta' kull ma għamlet għall-grupp bħala Chief Operations.

Comodini Cachia: Kif kont taf li kienet sena "diffiċli u ta' għajja"?

Apap Bologna: Għax kien proġett diffiċli.

Comodini Cachia: Allura tikteb hekk kull sena?

Apap Bologna: Kont qed nirreferi għall-proġett.
Nicole Borg
15:12 Comodini Cachia: Kont involut fl-amministrazzjoni tal-Electrogas fl-2017.

Apap Bologna: Ma kontx involut.
Nicole Borg
15:10 Ocean Installer kienet għamlet mandat ta' sekwestru fuq l-accounts tagħhom u wasslet għal ċerti problemi finanzjarji, qal Apap Bologna wara li l-avukat qrat l-email.
Nicole Borg
15:10 Mhux konxju dwar jekk GEM irċevietx rata ta' interess fuq dan is-self.
Nicole Borg
15:08 Is-self tax-shareholders kien wisq probabli biex jitħallas xi servizz, wieġeb Apap Bologna. Żied jgħid li seta' kien hemm perjodu fejn irrikonoxxew il-bżonn ta' dan. Ma jafx kemm kien l-ammont li ngħata lill-Electrogas. Dawn kienu flus li ngħataw b'self minn GEM lil Electrogas.
Nicole Borg
15:06 Comodini Cachia: Inti konxju tal-problema li tqajmet mill-banek dwar l-interess fuq is-self? U t-tħassib tal-HSBC dwar l-accounting doppju? (Hi qrat email datata għal Diċembru tal-2017)

Apap Bologna: Irrid nikkonferma mal-accountant.
Nicole Borg
15:05 Comodini Cachia: Inkun korretta ngħid li GEM kellha tipprovdi self ta' imsiebħa lill-Electrogas?

Apap Bologna: Iva.

Comodini Cachia: Dan is-self kien bla interessi?

Apap Bologna: Mhux sa fejn naf jiena.
Nicole Borg
15:04 Il-miżati mħallsa lil New Energy jinkludu s-servizzi pprovduti kollha, qal hu.
Nicole Borg
15:04 Apap Bologna qal li l-ebda avukati ma kienu involuti għax kienu jafdaw u jirrispettaw lil xulxin. Qal li ma jiftakarx min fassal il-ftehim.
Nicole Borg
15:02 "Yorgen Fenech ma kienx jaf dwar il-proġett sa Jannar tal-2013," qal lill-bord.
Nicole Borg
15:02 Apap Bologna qal li hu u Mark Gasan bdew iduru l-ftehimiet kollha.
Nicole Borg
15:01 Ix-xhud qal li ma jafx. Qal li ma jiftakarx jekk il-ħlas taħt il-ftehim tal-2014 lil New Energy sarx.

"Ovvjament hemm invoice għaliha," qal hu, u żied jgħid li għad fadal li jsir ħlas ta' €1.5 miljun lil New Energy.
Nicole Borg
14:59 Hi qrat li tirrelata ma' ħidma mal-NES li hija propjetà ta' Fenech u li kienet riġettata mill-gvern ta' dak iż-żmien fl-2007.

Apap Bologna kien imwissi mill-bord, li qallu li kienu jinsabu fuq "niżla tiżloq". Qal li kien biss ġimgħatejn ilu li sar jaf dwar dan flimkien mas-sieħeb fin-negozju. Hu kien imfakkar li qed jixhed taħt ġurament.
Nicole Borg
14:58 Apap Bologna qal li kien hemm żball fil-ftehim. Comodini Cachia qalet li finalment jidher li hemm ftehim li qara Apap Bologna.
Nicole Borg
14:57 Fl-2007, Apap Bologna qal li Fenech ma kienx involut.
Nicole Borg
14:56 Apap Bologna qal li l-ħabib tiegħu (Constantine Obermay) minn meta kien studja barra huwa r-rappreżentant legali ta' Gasol.
Nicole Borg
14:54 Comodini Cachia staqsiet dwar il-ftehim bejn GEM u New Energy Supply Ltd datat l-1 ta' Ġunju tal-2014.
Nicole Borg
14:53 Aktar kmieni Comodini Cachia qalet li huma kienu jkunu għamlu t-termini ta' referenza, żiedet tgħid "nifhem li ma daħlitx f'jekk l-Electrogas kinitx f'riskju li titlef l-istate aid."

Iva, wieġeb ix-xhud.
Nicole Borg
14:52 Qal li ma kienx ċert li l-audit forensiku daħalx f'jekk l-Electrogas kinitx se titlef l-istate aid.
Nicole Borg
14:51 Dr Comidi Cachia staqsiet jekk hu kienx qara dan b'mod sħiħ. Apap Bologna qal li qrah ta' malajr.

"Qrajt kollox ta' malajr?" staqsiet l-avukat.
Nicole Borg
14:50 Ix-xhud qal li l-awditjar ħares lejn dokumenti tal-proġett, finanzjarji, statutorji, tad-due diligence, il-proċess tat-tender oriġinali u ħarsa lejn il-forensika, fost oħrajn.
Nicole Borg
14:48 Comodini Cachia: L-awditjar forensiku vverifika jekk din kinitx se tagħmel differenza lill-Kummissjoni Ewropea?

Apap Bologna: Lill-awdituri tajnihom carte blanche u kellhom aċċess limitat.
Nicole Borg
14:47 Dr Comodini Cachia spjegat li €20.20 miljun huma mmarkati bħala spejjeż ta' żvilupp fil-kontijiet li kienu jinkludu spejjeż għall-imsieħba. Din kienet inħbiet minn Oxera.
Nicole Borg
14:46 Dr Comodini Cachia spjegat li Oxera kienet qed tassisti lill-gvern fit-talba għall-garanzija tal-istat. Il-kumpens żejjed kien se jipprevjeni l-konferma tat-talba. Mill-emails kien ħareġ li dan id-dettall kien tneħħa u ma kienx għadda lil Oxtera.
Nicole Borg
14:45 Apap Bologna qal li Oxera, il-konsulenti ngaġġati mill-gvern kienu ngħataw l-informazzjoni.

Hu kien mistoqsi aktar dwar dan u qal li ma jistax jelabora jekk din l-informazzjoni kinitx ingħatat lil Oxera.
Nicole Borg
14:42 Comodini Cachia qrat email minn Siemens datata għal April tal-2016 u li ntbagħtet lil numru ta' persuni. Is-suġġett huwa l-mudell finanzjarju.

Il-mudell finanzjarju f'April tal-2016 kien jinkludi spejjeż ta' qabel il-kostruzzjoni u l-iżvilupp.

"Fl-€20,20m (tal-ispejjeż ta' qabel il-kostruzzjoni/żvilupp) għandna €16.86m spejjeż ta' żvilupp għall-isponsors. X'għandna ngħidu dwar dan… għax din tista' tidher bħala kumpens żejjed?"
Nicole Borg
14:41 Il-PwC ffirmat il-kontijiet awditjati wara awditjar forensiku ladarba din kienet kundizzjoni.
Nicole Borg
14:41 Wara 10 ijiem GEM kellha l-laqgħa ġenerali annwali.
Nicole Borg
14:40 L-email kellu fih il-kliem "fil-ħlas li jmiss tal-miżati ta' suċċess/żvilupp reveduti".

Apap Bologna qal li l-miżati kienu ħlas ta' darba u ma jafx għal xiex kienet qed tirreferi Halpin.
Nicole Borg
14:39 Comodini Cachia qed taqra minn email ta' Catherin Halpin fejn tissemma refund.

Apap Bologna qal li ma jafx dwarha.
Nicole Borg
14:38 Comodini Cachia staqsiet dwar l-ispejjeż tar-riżerva relatata mal-EPC reservation cost.

Ix-xhud qal li ma jafx.
Nicole Borg
14:38 Comodini Cachia: Il-miżata ta' suċċess u l-miżata tal-iżvilupp kienu reveduti bħala ammont?

Apap Bologna: Sa fejn naf jien le.
Nicole Borg
14:37 Comodini Cachia: Għaliex kien hemm spiża ta' żvilupp ta' €2 milkuni.

Apap Bologna: Bl-amment ma nafx.
Nicole Borg
14:36 L-Imħallef Mallia: Skuża l-injoranza tiegħi, imma bdejtu teħilbu l-baqra qabel ma din bdiet tagħmel il-ħalib?

Apap Bologna: Le għax dawn il-flejjes kienu qed jiffinanzjaw affarijiet oħrjn.

Hu ntalab iġib id-dokumentazzjoni darboħra.
Nicole Borg
14:35 Comodini Cachia: Tħallastu €4.16 miljun mis-self talli s-self mill-bank kien approvat?

Apap Bologna: Skont l-invoice iva.
Nicole Borg
14:34 Dr Comodini Cachia staqsiet x'jifhem b'għeluq finanzjarju.

Wara li spjega, staqsiet jekk huma rċevewx €4.1 miljuni meta laħqu l-għeluq finanzjarju.
Nicole Borg
14:33 Comodini Cachia: Għaliex m'għandekx tkun taf ir-raġuni wara li rċevejt €6.1 miljun? Tirċievi dan l-ammont ta' kuljum?

Apap Bologna: Dak iż-żmien Yorgen Fenech kien qed jieħu ħsieb. Il-flus ħarġu biex jitħallsu l-ispejjeż.
Nicole Borg
14:32 L-avukat irreferiet għal żewġ invoices li nħarġu, staqsiet dwar l-għanijiet li ntlaħqu f'dawk id-dati.

"Bl-amment ma nafx," qal Apap Bologna.
Nicole Borg
14:30 Apap Bologna kkonferma li l-miżata ta' suċċess (success fee) kienet tħallset għall-għaqda.
Nicole Borg
14:29 Apap Bologna qal li l-miżata ta' suċċess qed tirreferi għall-għaqda tal-membri tal-konsorzju, fost oħrajn.
Nicole Borg
14:28 Qal li minn meta ħarġu l-istortja t-Times of Malta ma ċċekkjax, qal li kollox kien fil-kuntratt.
Nicole Borg
14:28 Dwar l-email li ntagħat minn Yorgen Fenech lil Catherin Halpin, Apap Bologna qal li hu ma staqsiex għaliex dan sar u qal li m'għandu l-ebda dokumentazzjoni li tistipula x'inhi miżata ta' suċċess (success fee) jew miżata tal-iżvilupp.
Nicole Borg
14:26 Dr Comodini Cachia staqsiet dwar il-miżati ta' suċċess. Irrimarkat li x-xhud qed joħloq differenza bejn miżati ta' suċċess u ta' żvilupp.

Ikkjarifika li l-miżati ta' suċċess jirreferu għas-suċċess tas-servizzi kollha pprovduti, filwaqt li l-miżati tal-iżvilup jirrelataw mal-iżvilupp tal-proġett inniffsu.
Nicole Borg
14:25 Ix-xhud qal li hu ma kienx ta' xhieda quddiem l-awditur ġenerali u lanqaq ma ntalab jixhed mill-pulizija.
Nicole Borg
14:24 Apap Bologna qal li kollox jinsab imniżżel fl-accounts.
Nicole Borg
14:23 Dr Comodini Cachia kkjarifikat li hemm żewġ ftehimiet – wieħed li jissemma fl-artiklu tat-Times of Malta li hu ftehim bejn GEM, filwaqt li t-tieni ftehim jirrelata ma' ftehim bejn l-imsieħba tal-Electrogas.
Nicole Borg
14:22 Hu qal li dan kien il-ftehim.

Meta ntalab għad-dokumenti, hu qal li ma ġabomx miegħu.
Nicole Borg
14:21 L-Imħallef Mallia: Inkun qed ngħid sew meta nifhem li l-miżati jitħallsu permezz tas-self?

Apap Bologna: Iva.

L-Imħallef Mallia: Din hija prattika kummerċjali tajba?

Apap Bologna: Fil-fehma tiegħi din hija prattika normali u hija approvata mill-banek.
Nicole Borg
14:20 Dawn il-miżati kienu jitħallsu skont l-għanijiet tal-proġett, spjega Apap Bologna.
Nicole Borg
14:19 Il-miżati tal-iżvilupp kienu relatati mas-servizzi li ngħataw mill-2013 'il quddiem. Dan japplika għall-miżati ta' suċċess, ikkonferma Apap Bologna għal mistoqsija mill-Prim Imħallef Emeritu.
Nicole Borg
14:18 Hu u jiddeskriviha bħala prattika normali tan-negozju, Apap Bologna qal li s-selliefa kienu konxji. Il-miżati ta' suċċess kienu mħallsa permezz tas-self abbażi tal-garanzija ta' €11-il miljun mill-Electrogas.
Nicole Borg
14:17 Dr Comodini Cachia: Il-miżati ta' suċċess kienu mħallsa mis-selliefa abbażi ta' garanzija fuq is-self mill-gvern?

Apap Bologna: Indirettament, nimmaġina li iva.
Nicole Borg
14:17 Il-Prim Imħallef Emeritu staqsa dwar "miżati ta' suċċess".

Apap Bologna qal li dawn kienu inklużi fil-finanzjar tal-proġett.
Nicole Borg
14:16 Qal li ma jafx min seta' kien jaf dwar il-bżonn ta' garanzija tal-gvern u żied jgħid li ma kienx konxju jekk din kinitx inkluża fit-talba.
Nicole Borg
14:16 L-Imħallef Mallia: Kont konxju li l-proġett kellu bżonn garanzija mill-gvern fil-bidu?

Apap Bologna: Le ma kontx.
Nicole Borg
14:15 L-Imħallef Mallia: Kont taf bil-bżonn tal-garanzija mill-gvern f'dan l-istadju?

Apap Bologna: Il-garanzija tal-gvern ġiet meta l-gvern ikkonferma l-istate aid.
Nicole Borg
14:14 L-Imħallef Lofaro staqsiet meta saru jafu bis-sitwazzjoni prekarja ta' Gasol. Ix-xhud qal li saru jafu f'Lulju tal-2015.
Nicole Borg
14:13 Apap Bologna qal li kien hemm żmien biżżejjed biex il-proġett jikseb assigurazzjoni. L-assigurazzjoni kellha tkopri l-proġett mill-ewwel jum ta' kostruzzjoni.
Nicole Borg
14:13 Dr Comodini Cachia staqsiet lix-xhud biex jikkjarifika. Ix-xhud qal li hu ma kienx għamel ir-riċerka dwarha u din lanqas ma kienet fuq il-lista tiegħu.

Dr Comodini Cachia qalet li se jkun mistoqsi dwar affarijiet oħrajn ukoll.
Nicole Borg
14:11 L-Imħallef Mallia staqsa dwar l-assigurazzjoni tal-Electrogas.

Apap Bologna qal li kien hemm perjodu ta' sena minn meta kellha tibda l-kostruzzjoni.
Nicole Borg
14:10 Apap Bologna jitla' biex jagħti x-xhieda tiegħu.
Nicole Borg
14:10 L-avukati Therese Comodini Cachia u Jason Azzopardi jinsabu fl-awla.
Nicole Borg
14:08 Dr Comodini Cachia esibixxiet tweġiba għat-talba li saret mis-suspettat bl-assassinju Yorgen Fenech.
Nicole Borg
14:08 Il-bord ta' inkjesta daħal fl-awla. Is-smigħ tal-lum jibda issa.
Nicole Borg
14:03 Apap Bologna deher jistenna barra.
Nicole Borg
14:01 Waranofsinhar it-tajjeb u merħba għal dan il-blogg live ta' Newsbook.com.mt. Bħalissa ninsabu preżenti f'awla 20.
Nicole Borg

Apap Bologna diġà xehed waqt smigħ preċedenti. Intant, Mark Gasan, li wkoll għandu ishma fl-Electrogas xehed fil-Qorti fejn ċaħad li kellu xi ikliet mal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-perjodu ta’ qabel l-2013, meta dan kien għadu Kap tal-Oppożizzjoni.

Fix-xhieda tiegħu, Gasan qal lill-bord li kemm Apap Bologna, kif ukoll hu, kienu jattendu l-laqgħa tal-bord tal-Electrogas.

L-inkjesta pubblika fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qed tipprova tiddetermina jekk l-istat għamilx dak kollu neċessarju biex jipprevjeni li jseħħ id-delitt.

Fl-aħħar smigħ li sar nhar il-Ġimgħa, xehed il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis.

Xi spikka mill-aħħar smigħ?

  • “Joseph Muscat ma jħallatx il-ħbiberija mal-politika”
  • “Konrad Mizzi m’għandux 100% l-istil tiegħi; jieħu deċiżjonijiet b’mod unilaterali.”
  • Il-Ministru qal li ma jafx b’kitchen cabinet.
  • Panama Papers: “Iddistingwejt bejn Keith Schembri u Konrad Mizzi – Konrad Mizzi kellu jirriżenja minn jeddu; dwar Keith Schembri kienet id-deċiżjoni ta’ Joseph Muscat.”
  • “Kemm ili Ministru tal-Ġustizzja ma ltqajtx ma’ Paul Apap Bologna biex ma nippreġudikax xogħli.”
  • “Żammejt kuntatt ma’ Yorgen Fenech għax dak iż-żmien ma ħassejtx li qed itellifni minn xogħli.”
  • “Ma ridtx nemmen meta ħarġu l-allegazzjonijiet fuq l-involviment ta’ Yorgen Fenech fl-assassinju.”
  • “Il-fatt li qegħdin f’inkjesta pubblika huwa dell ikrah fuq pajjiżna.”
  • “Joseph Muscat qatt ma kellu jispiċċa l-karriera tiegħu b’dak il-mod.”