Tkompli tiħrax il-battalja kontra l-iżvilupp f’Pembroke

Grupp ta’ residenti minn Pembroke bdew jiċċirkulaw powster kuljum fuq facebook biex iqajmu aktar kuxjenza dwar il-proġett tal-kumpless DB li hu propost li jieħu post l-iskola ITS.

Dawn il-powsters huma parti mill-kampanja ‘Tidfnuniex Ħajjin’ li f’April li għadda, ir-residenti f’Pembroke, l-għaqdiet mhux governattivi u l-kunsilli lokali ta’ Pembroke, is-Swieqi u San Ġiljan nedew din il-kampanja.

Dan sar bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar l-effetti negattivi li dan l-iżvilupp mostruż propost mid-db Group se jkollu fuq ir-residenti u l-ambjent.

Aktar kmieni din is-sena inġabru wkoll numru rekord ta’ aktar minn 4,000 oġġezzjoni għall-proġett propost fuq is-sit tal-ITS ġie sottomess lill-PA.