Tkompli t-tfittxija għan-nies fil-Laos

Photo: Archives

Read in English.

t-truppi għadhom ifittxu lill-persuni nieqsa fin-Nofsinhar remot ta’ Laos, tlett ijiem wara l-kollass ta’ diga tal-idroelettrika li bagħtet torrent ta’ ilma tul l-għelieqi li rriżulta f’eluf ta’ nies bla dar.

L-iskala tad-diżastru għadha mhix ċara, parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ aċċessibilità taż-żona iżda wkoll minħabba li r-rapporti mill-midja statali tal-pajjiż Komunista kienu ftit oskuri.

L-Aġenzija uffiċjali tal-Aħbarijiet tal-Laos qalet li madwar 26 persuna ġew ikkonfermati mejta u aktar minn 130 kienu neqsin wara l-kollass tad-diga nhar it-Tnejn li għadda, li kienet struttura sussidjarja taħt kostruzzjoni bħala parti minn proġett idroelettriku.