Tkompli t-tfittxija għall-persuni milquta mit-tsunami fl-Indoneżja

Persuni tas-Salvataġġ Indoneżjani użaw id-drones u l-klieb biex ikomplu t-tfittxija għal min seta’ salva ġewwa l-kosta tal-Punent ta’ Java, fl-Indoneżja, li ġiet milquta minn numru ta’ tsunamis. Hu stmat li minn tal-inqas inqatlu 370 persuna. Sħab oħxon ta’ rmied kompla ħiereġ mill-gżira vulkanika qrib. Il-vulkan ta’ fuq din il-gżira, li parti minnu ċediet, kien propju l-kaġun tad-diżastru.

Qed ikun stmat li għad hemm mill-inqas 128 persuna li għadhom neqsin. Aktar minn 1,400 persuna ġarrbu xi dannu u eluf oħra kellhom jiċċaqalqu biex imorru fuq art li hi aktar għolja hekk kif qed jiġi mbassar li l-livell tal-ilma se jibqa’ għoli sa nhar l-Erbgħa.