Tkompli t-tfittxija għall-mara li għebet f’Marsalforn

Il-Forzi Armati ta' Malta (AFM) għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet għat-Taljana ta' 60 sena residenti Għawdex li għebet minn Marsalforn fil-jiem li għaddew. 
Kelliema għall-AFM qalet ma' Newsbook.com.mt li t-tfittxija qed issir bil-ħelikopter u patrol boat. 
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, il-mara ħarġet nhar il-Ħadd u ma rritornatx id-dar.
Il-basket tagħha nstab ħdejn l-inħawi magħrufa bħala l-breakwater f'Marsalforn stess.