Reġgħet kompliet it-tfittxija għall-239 passiġġier abbord tal-ajruplan li għosfor daqt tliet ġimgħat ilu wara li kkalma t-temp fl-Oċean Indjan. L-Awtorità Marittima Awstraljana ħarġet 12-il ajruplan biex ikomplu t-tfittxija.
Bħalissa għaddejja tfittxija intensiva madwar 2,500 kilometru lbiċ mill-belt Awstraljana ta’ Perth. Il-Prim Ministru Malesjan Najib Razak qal li mir-riċerki li saru fuq s-satelliti jidher li l-ajruplan temm il-vjaġġ tiegħu fin-nofsinhar tal-Oċean Indjan.
L-ajruplan sparixxa minn fuq kull radar fit-8 ta’ Marzu li għadda wara siegħa li telaq mill-ajruport ta’ Kuala Lampur għal dak ta’ Beijing.
Minkejja l-aħbar li l-passiġġieri huma kollha mejta, il-familjari tal-vittmi se jibqgħu jittamaw sakemm jinstabu l-katavri tal-għeżież tagħhom u t-tifrik tal-ajruplan.