Tkompli t-tfittxija għal tfajla Franċiża rrappurtata nieqsa f’Marsalforn

Dalgħodu kompliet it-tfittxija għal tfajla Franċiża ta’ 17-il sena li lbieraħ kienet rrappurtata nieqsa  wara li sabet ruħħa f’diffikultajiet waqt li kienet qed tgħum fl-inħawi tax-Xwejni f’Marsalforn.

Il-katavru ta’ raġel ta’ 53 sena, ilbieraħ wara nofsinhar ittella’ mill-baħar minn helikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Iż-żewġ Franċiżi  sabu ruħhom f'diffikultajiet waqt li kienu qed jgħumu.    Il-baħar qawwi u r-riħ ilbieraħ tellfu il-ħidma tal-Forzi Armati.