Tkompli t-tfittxija għal immigrant maħrub miċ-Ċentru ta’ Ħal Far

Google Maps

Jumejn wara li ħarab, għadha għaddejja t-tfittxija għal immigrant li joqgħod fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan għadu ma nstabx.

Nhar il-Ħadd ħarbu ħames immigranti minn Ħal Far għall-ħabta tal-10.30am. Il-pulizija rnexxielhom isibu lil erbgħa minnhom dakinhar stess u ħaduhom lura fiċ-ċentru, iżda wieħed minnhom għadu maħrub.