Tkompli t-tellieqa bejn Clinton u Sanders

Kompliet it-tellieqa bejn il-kandidati għan-nominazzjoni Presidenzjali f’isem il-Partit Demokratiku Hillary Clinton u Bernie Sanders.
Dan hekk kif ilbieraħ ittella' l-aħħar dibattitu bejn iż-żewġ kandidati qabel il-primary ta’ New York ta’ nhar it-Tlieta li ġej.
Clinton u Sanders jinsabu f’kompetizzjoni bejniethom peress li min jirbaħ in-nominazzjoni f’isem id-Demokratiċi mbagħad se jikkontesta kontra l-persuna nnominata f’isem il-Partit tar-Repubblikani fl-elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti li se ssir f’Novembru.
Iż-żewġ kandidati ma qablux fuq numru ta’ kwistjonijiet, fosthom fuq il-banek ta’ Wall Strett, il-kontroll fuq l-armi u l-paga minima.