Tkompli l-offensiva Torka kontra l-Kurdi

Ikompli l-ġlied qawwi fit-Tramuntana tas-Sirja fit-tieni ġurnata tal-offensiva Torka fiż-żoni mmexxija mill-Kurdi.

It-Turkija qed tgħid li eluf ta’ nies kellhom jitilqu minn darhom bil-Kurdi jirrapportaw diversi mwiet ta’ ċivili. It-Tork qalu li ħolqu żona ta’ siġurtà li se tospita miljuni ta’ Sirjani li qed jitilqu minn darhom.

L-offensiva Torka bdiet meta il-President Amerikan Donald Trump irtira t-truppi miż-żona li kienet qed titmexxa mill-Kurdi tal-Forzi Demokratiċi Sirjani.

Dawn il-forzi kienet alleati ewlenin tal-Amerikani kontra l-ġlieda tal-Istat Iżlamiku iżda t-Tork jikkonsidraw din il-forza bħala terroristi.