Tkompli l-missjoni ta’ City fl-FA Cup

Manchester City komplew bil-missjoni tagħhom li jiddefendu t-tazza li rebħu l-istaġun li għadda b’logħba dominanti kontra Fulham. Huma rebħu fir-raba’ rawnd u saru l-ewwel tim maġġuri Ewropew li skurja 100 gowl dan l-istaġun.

Wara biss sitt minuti, id-difensur ta’ Fulham Tim Ream waqqa’ lil Gabriel Jesus fil-kaxxa u  tkeċċa. Rahemm Sterlin u Jesus tilfu ż-żewġ opportunitajiet tad-deheb li kellhom, iżda Gundogan irnexxielu jsib il-lasta mit-tielet penalty li kellhom.

City li mil-logħba ta’ qabel għamlu tmien tibdiliet, bdew bi Sterling, Sergio Agueri u Kevin de Bruyne fuq il-bankina. Għalkemm kien hemm dawn it-tibdiliet, it-tim xorta rnexxielu jieħu r-riedni f’idu meta Bernardo Silva rnexxielu jiskurja t-tieni ballun.

Jesus kompla żied mal-iskor b’żewġ headers fit-tieni taqsima, grazzi għad-difiża fqira ta’ Fulham.

City se jiskopru kontra min se jilagħbu fil-ħames rawnd meta’ jittellgħu bil-polza t-timijiet għada.