Tkompli l-maratona Oħloq Tbissima; l-ewwel sigħat kienu “ta’ suċċess”

Aġġornat 08:39 PM

Read in English.

Illum tkompli l-maratona ġbir ta’ fondi Oħloq Tbissima b’risq il-missjoni. Il-maratona bdiet ilbieraħ u l-organizzaturi ddeskrivew l-ewwel sigħat tagħha bħala ta’ suċċess.

L-organizzaturi qalu li l-Maltin u l-Għawdxin fehmu l-bżonn li jagħtu l-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-missjunarju Maltin fil-Perù, fil-Pakistan, u l-Filippini. F’xandiriet fuq diversi stazzjonijiet televiżivi lokali n-nies setgħu jaraw lill-missjunarji permezz ta’ Skype. Ġie spjegat li hemm nies li tilfu x-xogħol peress li ilhom magħluqin id-dar għal dawn l-aħħar xhur.

Ix-xandira se tkompli llum wara l-5pm u tibqa’ sejra sa’ nofsilejl.

Min ikun irid jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu jista’ jagħmel hekk billi jċempel fuq:

  • 51002031 – €20
  • 51902080 – €50
    Wieħed jista’ ukoll jibgħat SMS:
  • 50619285 – €11.65
  • Il-linja tal-pleġġ – 21445544

Min irid jista’ jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu billi jżuru l-website www.ohloqtbissima.com,  jew imur id-Dar ta’ San Ġużepp mill-5pm sal-10.30pm.

Sat-8.30pm kienet inġabret is-somma ta’ €270,000.