Deċiżjoni għada jekk Fenech jitħalliex jippreżenta evidenza fil-kumpilazzjoni kontrih

Read in English.

Għada l-Qorti se tkun qed tiddeċiedi jekk Yorgen Fenech jitħalliex jippreżenta evidenza fil-kumpilazzjoni kontrih. Intant is-smigħ li jmiss mistenni jsir nhar is-6 ta’ Ottubru fl-10am.

Xi spikka minn dak li qal Dr Charles Mercieca li qed jirrappreżenta lil Yorgen Fenech?

  • Kulħadd qed iwaħħal il-qtil fuq Yorgen Fenech waħdu, meta dawk li huma l-assassini vera jinsabu barra u qed ikunu protetti
  • Għaliex l-AĠ issospendiet ix-xhieda ta’ Keith Schembri, meta Schembri xhud kruċjali fil-każ?
  • Yorgen għandu rekordings li jista’ jippreżenta bħala evidenza u li jikkontradixxu dawk li diġà nstemgħu fil-Qorti
  • Jekk il-Qorti trid li Yorgen iqatta’ l-bqija ta’ ħajtu fil-ħabs minħabba deċiżjoni fuq xhieda falza, mela s-smigħ mhux ġust
  • Jitlob lill-AĠ jippreżenta fil-Qorti r-rapport dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u jistaqsi meta kienet konkluża l-inkjesta.
13:27 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
13:26 Is-smigħ li jmiss se jsir it-Tlieta 6 ta' Ottubru fl-10am.
Nicole Borg
13:23 Il-Qorti qalet li d-digriet se tippreżentah għada.
Nicole Borg
13:22 Id-deputat AĠ oġġezzjona u qal li din se tkun ippreżentata fis-smigħ ta' nhar it-Tlieta li ġej u mhux meta jrid Dr Mercieca.
Nicole Borg
13:22 Dr Mercieca qal li din għandha tkun ippreżentata llum.
Nicole Borg
13:19 Id-difiża trid li l-Avukat Ġenerali jippreżenta fil-qorti r-rapport dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u qed tistaqsi meta kienet konkluża din l-inkjesta.
Nicole Borg
13:18 Dr Mercieca qal li jekk il-klijent tiegħu mhux se jingħataa d-dritt li jippreżenta l-evidenza tiegħu, se jkun qed jitlob biex il-kumpilazzjoni tax-xhieda tkun iddikjarata nulla.
Nicole Borg
13:15 L-Ispettur tal-Pulizija Keith Arnaud qed joġġezzjoni li tiġi ppreżentata xi geolocation fil-qorti. Qal li l-prosekuzzjoni hija kontra dan u tinsab imħassba dwar is-sigurtà tax-xhud tal-istat Melvin Theuma.
Nicole Borg
13:12 L-avukati Azzopardi staqsa l-qorti biex tirrevedi sentenzi preċedenti meta ntalbet informazzjoni mill-pulizija. Qal li f'dawk il-każi, il-qorti nnutat li jekk jingħata dan it-tip ta' permess, tkun xi ħaġa perikoluża.
Nicole Borg
13:11 Jindirizza l-awla l-avukat Jason Azzopardi.
Nicole Borg
13:09 "Jekk il-qorti trid li Yorgen Fenech iqatta' l-bqija ta' ħajtu fil-ħabs, abbażi ta' deċiżjoni fuq xhieda falza mela s-smigħ mhux ġust," qal Dr Mercieca.
Nicole Borg
13:08 Id-deputat AĠ mhux qed japprova d-dikjarazzjonijiet ta' Dr Mercieca.
Nicole Borg
13:05 "Jekk id-deputat AĠ jemmen li l-individwi msemmija fir-rekordings li tressqu bħala evidenza kontra Yorgen Fenech mhux ta' relevanza, nisfidah biex jiddikjara dan fil-qorti," qal Dr Charles Mercieca.
Nicole Borg
13:00 Dr Galea Farrugia qal li d-difiża għandha tipprovdi l-qorti bir-relevanza tal-individwi kollha li semmiet fil-Qorti llum – dawn issemmew meta l-midja ntalbet toħroġ mill-awla.

Madanakollu, id-deputat AĠ qal li l-ismijiet jinkludi avukati u persuni b'ċerti profili.
Nicole Borg
12:58 Id-deputat AĠ qal li se jwarrab attakki personali li għamel Mercieca.
Nicole Borg
12:56 Id-Deputat AĠ, Dr Philip Galea Farrugia, qal li hu kien ixxukkjat jisma' dan il-kliem mingħand Dr Mercieca, u sostna li hu għamel "show" mal-midja fid-diskors tiegħu.
Nicole Borg
12:54 "Kulħadd qisu qed iwaħħal il-qtil fuq Yorgen Fenech waħdu, meta dawk li huma verament l-assassini jinsabu barra u qed ikunu protetti…ikun aħjar li nieqaf hawn," qal Dr Mercieca.
Nicole Borg
12:53 Dr Charles Mercieca staqsa għaliex l-Avukat Ġenerali ssospendiet ix-xhieda ta' Keith Schembri, meta Schembri huwa xhud kruċjali fil-każ.
Nicole Borg
12:50 "Irridu smigħ ġust, fejn hi l-ġustizzja?" staqsa Dr Mercieca.

"Dan mhux se jkun possibbli jekk per eżempju ma nkunux provduti bin-numru tal-mobie ta' Yorgen Fenech, jekk rekordings li jikkontradixxu dawk preżentati mill-prosekuzzjoni ma ġewx ippreżentati," qal Dr Mercieca.
Nicole Borg
12:49 "Lil min qed jipproteġi l-AĠ?" staqsa l-avukat tad-difiża.
Nicole Borg
12:44 Hu qed jirreferi għal "irċevuti" li l-AĠ ma tridx li jkunu ppreżentati fil-qorti.

Mercieca semma kif waqt ix-xiehda tat-tabib Adrian Vella, id-deputat AĠ ġibed l-attenzjoni lill-Qorti li "jekk jibqa' jigdeb taħt ġurament, l-AĠ kienet se tippreżenta d-dikjarazzjoni."

L-avukat Charles Mercieca staqsa, "dan huwa smigħ ġust?"

"Kif inhu possibbli li l-evidenza qed tkun ikkunsidrata mill-partijiet kollha, inkluż il-qorti, bħala importanti u fi bżonn li tkun ippreservata, iżda l-AĠ ma taqbilx dwar dan?" staqsa Mercieca.
Nicole Borg
12:43 L-avukat Charles Mercieca jkompli jindirizza l-awla.
Nicole Borg
12:43 Il-midja tinsab lura fl-awla.
Nicole Borg
12:38 Il-midja ntalbet toħroġ mill-awla.
Nicole Borg
12:36 Il-Maġistrat Montebello qalet li t-tim tad-difiża demma numru ta' persuni li ma ssemmewx qabel fil-proċedimenti u fil-Qorti, u b'hekk għandha bżonn tifhem ir-rabtiet.
Nicole Borg
12:33 Is-smigħ issa se jitkompla wara bibien magħluqa hekk kif il-Qorti ma tixtieqx li ċerta informazzjoni, partikolarment ismijiet, jiġu rrappurtati mill-midja.
Nicole Borg
12:28 L-avukat argumenta li f'każi tat-tip, l-evidenza kollha gaħndha tkun preżervata l-ħin kollu u mhux biss minn dawk li jagħtu x-xhieda u l-prosekuzzjoni, imma wkoll mill-akkużat.
Nicole Borg
12:27 "L-evidenza trid tkun ippreżentata kollha u mhux biss parti minnha. Ikun pass perikoluż," qal Mercieca.
Nicole Borg
12:26 L-avukat tad0difiza ql li l-klijent jixtieq jipprovdi informazzjoni dwar il-geolocation għax din l-informazzjoni jaf tintilef fil-ġimgħat li ġejjin skont l-Att tal-Protezzjoni tal-Informazzjoni.
Nicole Borg
12:24 "L-evidenza kollha hija ammissibbli sakemm il-liġi ma tgħidx mod ieħor," qal Mercieca.
Nicole Borg
12:22 Hu kompla jgħid li billi ma tippermettix lil Fenech jippreżenta l-evidenza tiegħu, id-drittijiet tiegħu qed jinkisru.
Nicole Borg
12:21 "L-Avukat Ġenerali ma tridx li aħna nużaw l-405 u aktar tard se tgħidilna li kellna rimedju disponibbli – l-405. Xi trid l-AĠ?" staqsa l-Avukat.
Nicole Borg
12:20 Il-liġi li tagħti dritt lill-klijent tiegħu, tagħti l-istess dritt lill-Avukat Ġenerali u kull individwu li jaffaċċja proċeduri kriminali.
Nicole Borg
12:19 Mercieca kompla jgħid li l-klijent tiegħu jixtieq jippreżenta l-evidenza skont ma tgħid il-liġi.
Nicole Borg
12:18 L-Avukat tad-Difiża qal li l-klijent tiegħu Yorgen Fenech jixtieq jippreżenta xi evidenza fil-każ.
Nicole Borg
12:17 L-avukat Mercieca qal li kulħadd jaf li hu kien jaħdem fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u jifhem b'mod sħiħ kif jopera l-AĠ.
Nicole Borg
12:13 L-avukat Charles Mercieca qal li bis-serenità u l-kalma jixtieq jagħmel xi noti dwar il-pożizzjoni li ħadet l-avukat ġenerali.
Nicole Borg
12:12 Il-Maġistrat tidħol lura fl-awla.
Nicole Borg
11:58 Is-smigħ se jkompli fi żmien ftit minuti.
Nicole Borg
11:58 Il-Maġistrat Montebello toħroġ mill-awla.
Nicole Borg
11:56 Il-qorti kienet sospiża għal ftit minuti sakemm l-avukati jħarsu lejn id-dokumenti.
Nicole Borg
11:54 L-avukat Jason Azzopardi min-naħa tal-Parte Civile u l-prosekuzzjoni infurmaw lill-qorti li huma wkolla ma kinux ifurmati dwar dan.
Nicole Borg
11:49 L-avukati tad-difiża infurmaw lill-qorti li ma kinux infurmati b'rikors li kien sottomess minn Dr Kathleen Grima, l-avukat ta' Melvin Theuma.
Nicole Borg
11:48 Il-Maġistrat Montebello tasal fl-awla.
Nicole Borg
11:36 L-Ispetturi tal-Pulizija Keith Arnaud u Kurt Zahra jinsabu fl-awla.

Kulħadd qed jistenna l-wasla tal-Maġistrat Rachel Montebello.
Nicole Borg
11:33 Preżenti hemm ukoll qraba tal-familja tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia.
Nicole Borg
11:33 L-akkużat, Yorgen Fenech, ukoll jinsab preżenti fl-awla.
Nicole Borg
11:31 L-avukat għall-Parte Civile Therese Comodini Cachia tinsab fl-awla.
Nicole Borg
11:31 L-avukati Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca qed jassisstu lill-akkużat.
Nicole Borg
11:30 Newsbook.com.mt jinsab f'awla 22 fejn minn ħin għall-ieħor mistennija tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta' Yorgen Fenech,
Nicole Borg
11:27 Bonġu u merħba għal dan il-blogg LIVE,
Nicole Borg

Fl-aħħar smigħ, is-sid ta’ 17 Black, li qed jiġi akkużat b’involviment fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, kien irrifjutat il-ħelsien mill-arrest għal darboħra.

Punti ewlenin tal-aħħar smigħ:

  • Il-Qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest ta’ Yorgen Fenech mill-ġdid
  • Il-Qorti tat diversi raġunijiet għaliex Fenech m’għandux jingħata l-ħelsien mill-arrest.
  • Il-Qorti rrifjutat it-talba tad-difiża għal referenza għall-Qorti Kostituzzjonali.
  • Il-Qorti qalet li hi ma tistax taħtar espert tal-Qorti biex jagħmel inventorju tad-data li qed tinġabar minn mobiles differenti.

Il-Maġistrat Rachel Montebello qed tippresedi l-każ. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra. L-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru f’isem il-familja. Intant, l-avukati Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca qed jidhru f’isem Yorgen Fenech.