Jinħatar tim wara li esperti mediċi rrifjutaw li jmexxu evalwazzjoni medika ta’ Theuma

Read in English.

Tim ta’ tliet esperti mediċi kien appuntat mill-Qorti biex jagħmel evalwazzjoni medika fuq Melvin Theuma biex ikun ikkonfermat jekk dan jistax ikompli jixhed fil-Qorti.

Dan id-dettall ħareġ fil-Qorti llum hekk kif issoktat il-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech, akkużat b’kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

L-eks direttu tal-Electrogas qed ikun akkuża b’kompliċità fil-qtil tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia.

Fit-tmiem tas-smigħ, Dr Charles Mercieca, wieħed mill-avukati tad-difiża f’isem Yorgen Fenech, staqsa dwar l-istat tas-saħħa ta’ Melvin Theuma. Il-Maġistrat Rachel Montebello qalet li esperti meditċi li ntalbu jevalwaw is-saħħa tiegħu rrifjutaw li jagħmlu dan. Dan wassal biex ikun maħtur tim ta’ tliet persuni fil-Qorti.

Theuma li kien serva bħala sensar bejn Fenech u t-tliet suspettati li wettqu l-assassinju, ngħata l-maħfra presidenzjali bil-patt u l-kundizzjoni li jgħaddi kull evidenza li għandu dwar il-każ. F’Lulju, ix-xhud tal-istat spiċċa l-isptar wara li darab lilu nnifsu b’daqqiet ta’ sikkina.

Punti ewlenin mill-ismigħ tal-lum:

  • Ippreżentati DVDs li fihom sitt stqarrijiet ta’ Melvin Theuma.
  • Dr Mercieca ssuġġerrixxa li l-awdjo li mhux relevanti jitneħħa.
  • “Hemm konverżazzjonijiet li jindikaw li Fenech kien vittma ta’ frame up,” qal Dr Mercieca.
  • L-ebda espert mediku ma aċċetta li jagħmel l-evalwazzjoni medika ta’ Theuma.
  • Battibekki bejn l-uffiċċju tal-AĠ u Mercieca: “Dawn huma affarijiet bażiċi li missek tgħallimt fiż-żmien li għamlit taħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kollega.”
  • It-tim legali ta’ Fenech qal li Theuma nnegozja u xtara l-maħfra presidenzjali għas-somma ta’ €17,000. Id-difiża kienet għamlet allegazzjonijiet simili qabel, madanakollu qalet li Edwin Brincat (il-Ġojja) kien xaħħam lill-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar bi €30,000.
11:32 Grazzi talli segwejtuna.
Nicole Borg
11:29 Is-smigħ li jmiss se jsir fit-2 ta' Diċembru fl-10am.

Dr Azzopardi nnota li s-sitwazzjoni tal-coronavirus qed tiggrava u l-uffiċjali tal-Europol għandhom jixhdu qabel ma s-sitwazzjoni tiġi agħar.
Nicole Borg
11:27 Il-Qorti qalet li ma kellha l-ebda espert mediku ma aċċetta l-brief u dan wassal biex il-qorti appuntat tliet esperti mediċi.
Nicole Borg
11:27 Dr Mercieca staqsa dwar saħħet Theuma.
Nicole Borg
11:26 Fenech tkellem ma' Caruana Curran. Fenech għandu tbissima fuq wiċċu. L-avukat kien ilu bilqiegħda ħdejn l-akkużat għal xi ħin.
Nicole Borg
11:26 Il-Qorti qalet li saret talba.
Nicole Borg
11:25 Dr Mercieca staqsa dwar it-talba dwar id-data room.
Nicole Borg
11:25 Il_Qorti staqsiet jekk hemmx bżonn traskrizzjonijiet għall-istqarrijiet.
Nicole Borg
11:24 Id-difiża qalet li mhux f'pożizzjoni li tillimita t-talba għaż-żamma tal-call profile data ta' ċerti individwi minħabba l-fatt li ma ngħatatx l-informazzjoni neċessarja dwar dawn l-individwi mill-pulizija li qed jinvestigaw. Irrepetiet it-talba għall-iżvelar tal-evidenza kontra Fenech.
Nicole Borg
11:24 Arnaud staqsa lid-difiża tintalab tiġġustifika r-raġuni wara kull individwu li trid l-informazzjoni tal-mobile tagħhom.
Nicole Borg
11:22 Id-difiża wieġbet tgħid li għamlet it-talba bil-ftit informazzjoni li kellha f'idejha.

Il-qorti qalet:

"B'referenza għad-digriet tal-qorti li ngħata minn din il-qorti fuq applikazzjoni sottomessa fit-18 ta' Settembru, id-difiża qalet li s'issa mhix f'pożizzjoni li tillimta t-talba tagħha dwar il-call profiles u informazzjoni oħra dwar individwi imsemija fl-applikazzjoni. Dan minħabba li m'għandhiex l-informazzjoni neċessarja fuq l-individwi imsemmija li tista' tingħata biss mill-pulizija li qed jinvestigaw il-każ."
Nicole Borg
11:22 Il-Maġistrat qalet li jkun aktar prattiku u favorevoli li d-difiża tagħmel talba aktar sepċifika.
Nicole Borg
11:21 Il-Qorti qalet li t-talba għall-call profiles għandha skop vast ħafna. "Skont kif inhi fformulata t-talba, din diġà ġiet irrifjutata," qalet il-Maġistrat.
Nicole Borg
11:17 Arnaud qal li mhux se jkun kompliċi li jiżvela ċerta informazzjoni li qed titlob id-difiża, żied jgħid li d-difiża għandha tikkjarifika eżattament xi trid.
Nicole Borg
11:15 Tibda titkellem Dr Attard. Hi ssuġġeriet li d-difiża tissottometti applikazzjoni u tispjega t-talba tagħha, u huma jkunu jistgħu jwieġbu għaliha. "L-affarijiet hekk isiru," qalet l-avukat mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Hi żiedet li talba simili kienet diġà ġiet irrifjutata.

"Dawn huma affarijiet bażiċi li missek tgħallimt fiż-żmien li għamlit taħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kollega," qalet Attard lil Mercieca.
Nicole Borg
11:14 Arnaud spjega l-proċedura ta' kif jitolbu għaż-żamma ta' informazzjoni.
Nicole Borg
11:13 Dr Mercieca qal li din mhix fishing expedition, imma kull persuna huwa improtanti f'din l-għanqbuta.

"Ħalli lil Jason Azzopardi formalment jinforma lill-Qorti li se jipproteġi lit-terzi parti…imma kif jiġi trattat wieħed għandu jiġi trattat l-ieħor," kompla jargumenta l-avukat tad-difiża.
Nicole Borg
11:10 Hu kompla jgħid li t-tip tad-difiża ma ngħatax żvelar sħiħ u jista' jkun li Theuma għandu iktar minn mobile wieħed u li d-difiża ma tafx dwarhom. Din tista' twassal għal sitwazzjoni fejn id-difiża ma talbitx għaż-żamma ta' informazzjoni fuq numri tal-mobiles oħrajn li setgħu kienu ta' Melvin Theuma u li jista' jkun hemm bżonnhom waqt il-ġuri.
Nicole Borg
11:07 Dr Mercieca qal li Cutajar kien wisq viċin tal-interrogazzjonijiet, u l-filmat jurih dieħel u ħiereġ fil-kamra, il-ħin kollu fuq il-mobile.
Nicole Borg
11:04 Dr Azzopardi wissa li din hija riċerka wiesgħa ħafna (fishing expedition) u li ninsabu f'pożizzjoni perikoluża ħafna. Qal li din tinkludi isem ta' avukat. Hu kompla billi kkwota ġuriprudenza. Semma każ speċifiku – il-ħsara li saret fuq il-propjetà ta' Saviour Balzan u Daphne Caruana Galizia fejn talba biex tinżamm informazzjoni kienet irrifjutata mill-Qorti.

"Id-difiża trid li riċerka wiesgħa ħafna u mifttuħa," qal Azzopardi.

"Sempliċiment żbalordit b'din it-talba," ikkonkluda hu.
Nicole Borg
11:02 Dr Mercieca ppropona li l-informazzjoni tinżamm, iżda ma tkunx eżebita fil-pubbliku biex tipproteġi terzi parti.
Nicole Borg
11:00 Dr Mercieca qal li minħabba preskrizzjonijiet taż-żamma ta' informazzjoni, l-informazzjoni għandha tkun ippreżervata u d-difiża tingħata aċċess għad-data relevanti għall-każ, u fl-istess part tipproteġi terzi parti.

L-informazzjoni għandha tinżamm u ma tkunx eżebita f'dan l-istadju.
Nicole Borg
10:58 Il-Maġistrat Montebello żiedet li espert kien se jagħmel l-editing u jipprovdi kopja.
Nicole Borg
10:57 Il-qorti se tivverifika liema partijiet għandu jitneħħielhom l-awdjo.
Nicole Borg
10:55 Il-qorti ordnat li l-prosekuzzjoni tippreżenta nota dwar id-DVDs fejn tindika l-kodiċi tal-ħin fl-istqarrijiet li jirreferu għall-offiżi relatati mal-każ, l-akkużat jew dawn il-proċedimenti.
Nicole Borg
10:55 Dr Mercieca staqsa jekk jikkonfermax li l-investigazzjoni f'Fenech kinitx konkluża.

"Le, għadha mhux konkluża," wieġebd Arnaud.
Nicole Borg
10:54 Dr Mercieca staqsa jekk Cremona kkonfermax leħen Theuma.

Arnaud qal: "Nemmen li iva."
Nicole Borg
10:52 Arnaud kien mistoqsi jekk hu u Zahra interrogawx lil Johann Cremona u jekk ir-rekordings issemmgħux lil Cremona.

"Nemmen li iva," qal hu.
Nicole Borg
10:51 Arnaud tela' jixhed. Hu eżibixxa d-DVDs tal-istqarrijiet li ta Melvin Theuma lill-pulizija.

Dr Kathleen Grima, l-avukat ta' Theuma, hija wkoll preżenti fl-awla.
Nicole Borg
10:50 Arnaud qal li Dr Mercieca huwa żbaljat meta jgħid li l-prosekuzzjoni oġġezzjonat il-ħelsien mill-arrest għax l-investigazzjonijiet kienu għadhom għaddejjin. Żied jgħid li l-Avukat Ġenerali għamlitha ċara fuq liema bażi kienu qed joġġezzjonaw.
Nicole Borg
10:49 Arnaud qal li anke wara li sema' r-rekordings tat-telefonati li ġew tapped, u li kienu disponibbli għall-prosekuzzjoni fl-interrogazzjoni, Il-Ġojja rrifjuta li jitkellem.
Nicole Borg
10:48 Arnaud qal li huwa tajjeb li Dr Mercieca kkjarfika. Spjega li r-rekordings tat-tapping tat-telefonati intużaw bħala teknika fl-interrogazzjoni. Jifformaw parti mill-intelliġenza wara li Il-Ġojja insista fuq id-dritt tiegħu li ma jitkellimx.
Nicole Borg
10:46 Dr Mercieca qal li l-prosekuzzjoni qed tgħid li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin imma fl-istess ħin, Fenech qed jinżamm taħt arrest preventiv mingħajr l-ebda sinjal ta' tmiem.
Nicole Borg
10:43 Dr Mercieca qal li Il-Ġojja sema' telefonati tapped bejn Il-Ġojja u Theuma fejn il-Ġojja jinstema jgħid lil Theuma biex jirreferi għal Fenech bħala l-moħħ wara l-qtil u jpoġġi kliem f'ħalq Theuma.

Dr Mercieca qal li d-difiża se titlob kopja tar-rekordings u twissi lill-prosekuzzjoni li jekk dawn jisparixxu se jkollhom jaffaċċjaw kollox huma.
Nicole Borg
10:42 Il-Maġistrat Montebello qablet ma' Dr Azzopardi u qalet li mhux se tagħmel deċiżjonijiet fuq noti.
Nicole Borg
10:39 Dr Azzopardi qal li n-nota li kienet ippreżentata mit-tim tad-difiża tista' tiġi kkunsidrata bħala taħmil id-dras (media stunt).

Dr Azzopardi qal li l-qorti mhix skip u li l-qorti m'għandhiex tieħu deċiżjonijiet fuq nota imma jekk hemm talbiet, mela messha saret it-talba skont ma jitolbu l-proċeduri normali tal-qorti.
Nicole Borg
10:39 Arnaud żied li għażlu li jmorru għal rekordings awdjoviżivi biex jevitaw problemi fil-futur.
Nicole Borg
10:38 Arnaud: "Ma naf xejn dwar rekordings ma' Mario Tonna…jekk għandu r-rekordings mela għandu jaqsamhom mal-prosekuzzjoni."
Nicole Borg
10:38 Dwar l-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin, Arnaud staqsa retorikament, "x'għandi ngħid li spiċċajnihom?"
Nicole Borg
10:37 Arnaud qal li ma jafx dwar l-eżistenzi ta' rekordings ta' Mario Tonna. Żied jgħid li jekk id-difiża għandha dawn ir-rekordings, mela għandha tippreżentahom fil-Qorti.
Nicole Borg
10:36 Dwar il-coaching, Arnaud qal li issa li għandhom id-DVDs, jistgħu jinterpretawhom kif iridu. "Jistgħu jaraw huma stess," żied jgħid Arnaud.
Nicole Borg
10:34 Arnaud wieġeb li m'hemm l-ebda rikordings li nħbew. Hu qal li dak li qed jgħid Mercieca huwa biss biex jagħmel xena quddiem il-midja.
Nicole Borg
10:31 "Dan huwa każ orkestrat minn giddieb biex jitfa' lil Fenech il-ħabs," qal Mercieca.

Hu rrefera għall-kodiċi kriminali u qal li l-prosekuzzjoni għandha tipprovdi kemm evidenza favur u anke kontra l-akkużat. Hu żied jgħid li tmur kontra l-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza.
Nicole Borg
10:31 "Nixtieq inkun nad eżattament għal xiex qed tirreferi," qal Arnaud.
Nicole Borg
10:29 Hu żied jistaqsi x'se jiġri meta l-każ jasal fi stadju ta' ġuri u jibdew l-interrogazzjonijiet. Staqsa għaliex l-Avukat Ġenerali qed tiġġezzjona li tħalli xi evidenza tkun parti mill-atti tal-każ.

"Hemm konverżazzjonijiet li jindikaw li Fenech kien vittma ta' frame up," qal Dr Mercieca.
Nicole Borg
10:27 Dr Mercieca qal li l-inkjesta tneħħiet mill-maġistrat inkwerenti fit-2 ta' Frar. Żied jgħid li l-inkjesta tpoġġiet fuq l-ixkaffa għal tmien xhur u ma kinitx ippreżentata fil-Qorti dak iż-żmien.
Nicole Borg
10:27 Qal li wħud mir-rekordings kien ikun għadhom moħbijin li kieku mhux għat-talba tad-difiża.
Nicole Borg
10:26 Dr Mercieca qed jiddibatti kemm ix-xhud huwa veritier.
Nicole Borg
10:25 Dr Mercieca kompla jgħid li bl-għajnuna tal-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u l-Ġojja, Theuma xtara l-maħfra presidenzjali. Hu rrefera għal stqarrija ta' Theuma. Żied jgħid li Theuma kien imħarreġ minn Cutajar u Il-Ġojja.
Nicole Borg
10:23 Dr Mercieca qal li l-prosekuzzjoni għandha informazzjoni li Melvin Theuma xtara u nnegozja l-maħfra presidenzjali għal €17,000. Żied jgħid li Theuma għamel dan permezz tal-Ġojja.
Nicole Borg
10:22 Il-Maġistrat Montebello qalet li d-DVDs se jinżammu b'mod sħiħ fl-evidenza.
Nicole Borg
10:21 Dr Mercieca wissa li l-editing tal-awdjo jrid isir b'reqqa. Żied jgħid li minħabba numru ta' problemi, id-difiża mhux qed tafda lill-prosekuzzjoni. Dr Azzopardi rrimarka li l-ħaġa taħdem b'żewġ modi.
Nicole Borg
10:20 Dr Mercieca ssuġġerrixxa li l-awdjo li mhux relevanti jitneħħa.
Nicole Borg
10:20 L-istqarrijiet huma sħaħ.
Nicole Borg
10:19 Arnaud ippropona li fis-smigħ li jmiss jingħataw il-kodiċi tal-ħinijiet relevanti fejn hemm l-informazzjoni. Il-maġistrat qal li f'dak il-każ, il-Qorti se tiddeċiedi x'inhu ammessibbli u x'inhu relevanti.
Nicole Borg
10:18 Dr Mercieca qal li d-difiża mhux interessata f'dak li qal Melvin Theuma lill-pulizija li m'għandux x'jaqsam mal-akkużat.
Nicole Borg
10:17 Il-Maġistrat Montebello qalet li dawn iridu jkunu eżebiti u l-Qorti mbagħad tipprovdi kopji tagħhom lill-partijiet kollha.
Nicole Borg
10:17 Hemm sitt stqarrijiet li ttieħdu fi ġranet differenti – xi wħud ittieħdu fl-istess jum.
Nicole Borg
10:16 Dr Mercieca qal li ried jara kif se jipproċedu s-seduti u żied jgħid li d-difiża temmen li l-istqarrijiet tal-pulizija għandhom ikunu eżebiti l-ewwel.
Nicole Borg
10:14 Uffiċjal tal-qorti tela' jixhed. Hi eżibixxiet ir-rapport mitlub mill-Maġistrat Neville Camilleri li temm l-inkjesta fl-assassinju.
Nicole Borg
10:13 Kien hemm applikazzjoni wkoll mill-parte civile.
Nicole Borg
10:12 Il-Maġistrat Montebello qalet li l-qorti ħarġet id-digriet it-Tlieta u t-talba ġiet irrifjutata.
Nicole Borg
10:11 Il-maġistrat qalet li kien hemm żewġ applikazzjonijiet sottomessi fil-Qorti – waħda sottomessa mill-akkużat biex jingħata permess idur data elettronika fuq l-apparat ikkonfiskat.
Nicole Borg
10:11 Is-smigħ se jibda issa.
Nicole Borg
10:05 Mart Fenech tidħol fl-awla. Hi poġġiet fuq il-bank ta' quddiem. Fenech sellem lil martu billi qalilha "bonġu babe".
Nicole Borg
10:04 Jasal ukoll l-Ispettur Keith Arnaud.
Nicole Borg
10:03 Waslet fl-awla Comodini Cachia.
Nicole Borg
09:59 Fenech qed jintwera dokument li qed jiddiskuti ma' Caruana Curran.
Nicole Borg
09:56 Fenech qed jitkellem mal-avukati tiegħu.
Nicole Borg
09:56 Fl-awla hemm preżenti Dr Azzopardi, Dr Mercieca u Dr Caruana Curran.
Nicole Borg
09:55 Is-suspettat bil-qtil tal-ġurnalista, Yorgen Fenech, għadu kemm daħal fl-awla eskortat minn uffiċċjali tal-faċilità korrettiva ta' Kordin u d-Direttur tal-Ħabs.
Nicole Borg
09:55 Bonġu lil kulħadd. Ninsabu nirrappurtaw live minn awla 9.
Nicole Borg

Fis-smigħ li għadda, l-Ispettur Keith Arnaud ippreżenta l-istqarrijiet ta’ Keith Schembri, Dr Adrian Vella u Johann Cremona lill-Qorti. Huwa stqarr li qegħdin jiġu investigati affarijiet li ttieħdu mingħand Keith Schembri, Logan Wood u Edwin Brincat il-Ġojja.

Il-Maġistrat Rachel Montebello qed tippresiedi fuq il-Qorti. Il-prosekuzzjoni hija mmexxija minn Kurt Zahra u Keith Arnaud.

L-avukati Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran u Charles Merciec qed jidhru għall-akkużat. Intant l-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru għall-parte civile. L-avukat Philip Galea Farrugia qed jidher f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.