Read in English.
Propju dalgħodu kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra s-sid tal-kumpanija 17 Black Yorgen Fenech. Hu qed ikun akkużat li kien kompliċi fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Ix-xhieda tal-lum tal-Ispettur Keith Arnaud saret wara bibien magħluqa. Propju fl-aħħar ftit minuti tas-smiegħ, meta l-ġurnalisti tħallew jidħlu lura fl-awla, saret talba mill-ġdid għall-ħelsien mill-arrest ta’ Fenech. Id-deċiżjoni dwarha se tkun qed tittieħed aktar tard, madanakollu l-Maġistrat Montebello sostniet li mhux se tippermetti li jkun hemm xi ħaġa li ttellef ix-xhieda milli jixhdu fil-kumpilazzjoni.
Id-deċiżjoni dwar il-ħelsien mill-arrest ta' Fenech se tittieħed iktar tard. Il-Maġistrat qalet ukoll li l-Qorti ma kienet se tħalli xejn iwaqqaf lix-xhieda milli jixhdu fil-każ,
Il-biża' tibqa' li jekk Fenech jingħata l-ħelsien mill-arrest, jista' jaħrab.
"L-ilment huwa li d-digriet ta' din il-Qorti kiser id-drittijiet fundamentali tiegħu. Miżura interim li kienet mitluba. Dan preċiżament għax ma nħassx li kien il-każ li l-miżura interim kienet irrifjutata. Talba għal forma differenti ta' miżura interim hija logħoba li xi ħadd qed jilgħab mad-digriet. Fil-każ ta' Alfred Degiorgio f'Diċembru li għadda, il-Qorti kostuzzjonali qalet li sakemm ma tkunx notifikata b'digriet li jordna li taġixxi b'ċertu mod, il-Qorti tal-maġistrati hi marbuta li tkompli s-smigħ."
"Ma naħsibx li dak li qal Fenech lill-pulizija f'laqgħa informali għandu jkun irrappurtat lill-midja," qalet Dr Camilleri.
Dr Camilleri insistiet li d-difiża trid li x-xhud ma jixhidx dwar il-laqgħat informali fil-Qorti miftuħa.
Fl-aħħar smigħ fil-Qorti llum kienet miċħuda t-talba ta’ Yorgen Fenech biex jixhed Melvin Theuma, is-sensar fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontrih.
Xi spikka fl-aħħar seduta?
- Xehdet Sylvana Debono f’isem l-istazzjon tar-radju 103 Malta’s Heart li fuqu, waqt intervista ma’ Prof. Andrew Azzopardi, Dr Jason Azzopardi qal li jemmen li Yorgen Fenech huwa ħati
- Id-Difiża argumentat li b’dak il-kumment, Azzopardi kien qed jinfluwenza lill-kostitwenti li vvutawlu billi huwa wkoll politiku; uħud minnhom jaf iridu jiġġudikaw lil Fenech meta jgħaddi ġuri
- Dr Azzopardi ssejjaħ biex jixhed u ġie mistoqsi kienx qed jitkellem bħala politiku jew bħala l-avukat tal-familja Caruana Galizia
- “Allaħares ngħidu li b’xandira waħda fuq ir-radju għandna kampanja vjolenti fuq il-midja” – Dr Therese Comodini Cachia
- Fid-digriet tagħha, il-Maġistrat irrifjutat it-talba ta’ Fenech għal referenza kostituzzjonali; irrifjutat li jerġgħu jintalbu jixhdu Melvin Theuma u Johann Cremona biex isirilhom il-kontro-eżami mid-Difiża
- L-uffiċjali tal-Europol se jixhdu fit-30 ta’ Novembru u fit-2 ta’ Diċembru.
Il-Maġistrat Rachel Montebello qed tippresedi l-każ.
Is-Supretendent tal-Pulizija Keith Arnaud u l-Ispettur tal-Pulizija Kurt Zahra qed imexxu l-prosekuzzjoni.
L-avukat Philip Galea Farrugia qed jidher f’isem l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
L-avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru f’isem il-parte civile.
L-avukati Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca qed jidhru għall-akkużat.
Il-Qorti tirrifjuta t-talba għal miżura temporanja
Aktar kmieni llum, l-Imħallef Anna Felice, hi u tippresedi l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġuriżdizzjoni Kostituzzjonali tagħha, rrifjutat talba minn Fenech għal miżura temporanja.
Fenech kien talab li l-puliizja ma tixhidx dwar informazzjoni li l-akkużat kien għadda fil-laqgħat li kellhom sakemm toħroġ id-deċiżjoni dwar il-maħfra presidenzjali.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti qalet li t-talba għal din il-miżura mhux iġġustifikata. Il-Qorti qalet li ma setgħetx tikkunsidra digriet li ngħata mill-Qorti tal-Maġistrati bħala ksur tad-drittijiet fundamentali. Żiedet tgħid li d-digriet kien mgħoddi lill-Qorti kompetenti. Qalet ukoll li ma kien hemm l-ebda nuqqas.
L-Imħallef Felice qalet li l-għan tal-kumpilazzjoni tax-xhieda hija essenzjalment biex tippreserva l-evidenza. Il-Qorti qalet li l-validità tal-evidenza tista’ tkun kontestata fil-mument opportun meta l-att ta’ akkuża jinħareġ u l-akkużat ikun formalment akkużat. L-evidenza eventwalment tista’ ssir inammissibbli.
Dwar it-talba ta’ Fenech dwar l-interess tal-midja fil-proċedimenti kurrenti, il-Qorti qalet li l-Qorti tal-Maġistrati għandha l-poter li tipprojbixxi l-pubblikazzjoni tal-evidenza li ngħatat fil-Qorti jekk l-istess Qorti tħoss li din tista’ tippreġudika l-proċedimenti kurrenti.