Il-kumpilazzjoni fuq il-qtil ta’ Charlene Farrugia tkompli f’Ottubru

Miguela XUereb

Read in English.

Illum kellha tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra John Paul Charles Woods, akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia, iżda x-xhieda ma setgħux jattendu. Minflok, il-każ mistenni jkompli fid-29 t’Ottubru li ġej.

Fl-aħħar seduta, Woods tpoġġa taħt kap ta’ akkuża mill-Qorti, akkużat bil-qtil u li ħeba l-katavru ta’ Charlene Farrugia. Il-fdalijiet tagħha nstabu f’Lulju li għadda, 11-il sena wara li għebet.

Charlene Farrugia kellha 25 sena meta sparixxiet.

14:54 Dak kien kollox għal-lum. Grazzi talli segwejtuna.
Sephora Francalanza
14:54 Seduta oħra se ssir fid-9 ta' Novembru fis-2.30pm. Din is-seduta għandha ddum siegħa.
Sephora Francalanza
14:49 Se ssir fid-29 t'Ottubru fil-11.30am. Dakinhar, nofs siegħa se tiġi allokata għall-każ.
Sephora Francalanza
14:47 Il-Maġistrat issa qed tiddeċiedi meta ssir is-seduta li jmiss.
Sephora Francalanza
14:47 Jidher li l-Pulizija ġiet infurmata li x-xhieda ma jistgħux jattendu llum stess, għax kieku kienet issejjaħ lil xhieda oħra.
Sephora Francalanza
14:45 Il-Prosekuzzjoni għadha kemm infurmat lill-Qorti li x-xhieda tal-lum ma rnexxilhomx jiġu, u se jintalbu jixhdu fil-ġimgħat li ġejjin.
Sephora Francalanza
14:44 L-esperti tal-Qorti Dr Mario Scerri u Dr Marisa Cassar kienu mistennijin jixhdu llum.
Sephora Francalanza
14:39 L-akkużat, John Paul Charles Woods, għadu kemm daħal fl-awla.
Sephora Francalanza
14:30 Infakkrukom li l-każ huwa presedut mill-Maġistrat Marseann Farrugia.
Sephora Francalanza
14:30 Il-waranofsinhar it-tajjeb. Merħba għal dan il-blogg live minn awla 3.
Sephora Francalanza

Fis-seduta li għaddiet instabu biżżejjed provi biex il-każ ikompli għaddej. Ġew ippreżentati ritratti tal-karozza tiegħu dieħla u ħierġa mill-Belt Valletta. Il-pulizija kkonfermaw li ħadu l-istqarrija tal-akkużat fl-isptar wara li kien għamel operazzjoni u kkonfermaw ukoll li l-akkużat ċaħad l-assistenza legali.

Ir-raġel tressaq il-qorti fit-3 ta’ Lulju meta bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda. Huwa mixli wkoll li żammha kontra r-rieda tagħha, weġġagħha, u li ġarr arma taqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja.

Dr Roberta Felice Bonello qed tidher għall-akkużat John Woods, filwaqt li Dr Mario Mifsud qed jirrappreżenta lill-familja Farrugia.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispetturi James Grech u Jonathan Ransley.