Read in English.
Illum kompliet tinstema l-kumpilazzjoni tax-xhieda fl-inkjesta pubblika dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Ix-xhud ewlieni tal-lum kien il-ġurnalist Għawdxi Victor Paul Borg.
Xi spikka fis-smigħ tal-lum?
- Borg qal li waħda mir-raġunijiet li daħal iktar fil-ġurnaliżmu investigattiv kien wara l-qtil ta’ Caruana Galizia.
- Borg qal li jiġri li meta ma jkunx hemm investigazzjonijiet dwar affarijiet li jsibu l-ġurnalisti, jispiċċa l-ġurnalist waħdu jinvestiga. Qal li mbagħad, wieħed kull ma jkollu jelimina biex iwaqqaf investigazzjoni huwa l-ġurnalist.
- Hu rrimarka li l-ħajja ta’ ġurnalist hija diffiċli għax hemm riskju li wieħed ikun iżolat, jinqatalu l-aċċess, bilkemm jitħallas.
- Qal li Daphne Caruana Galizia qatt ma lmentat miegħu dwar li kienet tinsab f’periklu.
Lofaro staqsiet jekk huma kinux jiddiskutu s-sitwazzjoni tas-sigurtà tagħha u jekk qattx ilmentat fuq xi ħaġa miegħu. Borg qal li hi qatt ma lmentat miegħu dwar dan. Qal li kienet ġieli tilmenta miegħu fuq politikanti.
Borg kien se jibda jitkellem dwar kemm bħala ġurnalist ma jitħallasx.
Hu qal li bħala ġurnalist kien staqsa dwar dan. Hu qal li r-rispost li kienet tiġi lura mill-Awtorità tal-Ippjanar kienet tgħid li l-Awtorità qatt ma rċeviet l-ebda asserzjoni li tipprova dak li kien qed jgħid hu.
Hu qal li beda jagħmel xogħol ta' ġurnalista ta' 18-il sena, għamel żmien jaħdem Malta u 17-il sena barra minn Malta wkoll. Ħadem l-Ingilterra, l-Awstralja, t-Tajlandja u ċ-Ċina. Qal li kien jaħdem freelance u kellu xogħol tiegħu ppubblikat madwar id-dinja.
Spjega li ħames snin ilu ġie lura Malta u fl-2017 reġa' beda jagħmel il-ġurnaliżmu Malta. Qal li waħda mir-raġunijiet li daħal iktar fil-ġurnaliżmu investigattiv kien wara l-qtil ta' Caruana Galizia.
Fl-aħħar seduta li saret il-ġimgħa li għaddiet, kompla jixhed Ian Abdilla. Abdilla huwa Assistent Kummissarju tal-Pulizija. Huwa tneħħa minn Kap tat-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi fil-ġimgħat li għaddew, meta l-Kummissarju l-ġdid Angelo Gafà ħatar lil Alexandra Mamo minfloku.
Il-Bord tal-Inkjesta hu mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia u magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.
Xi spikka fl-aħħar seduta?
- “Kellek l-evidenza taħt imnieħrek u injorajtha” – L-Imħallef Emeritu Mallia lil Ian Abdilla fuq il-Bank Pilatus u Egrant
- Il-Kummissarju qal lil Abdilla biex ma jmurx il-Kwartieri minnufih meta Ali Sadr kien ħiereġ mill-Bank Pilatus; hu kellu ikla l-Imġarr
- Il-pulizija ngħataw parir legali biex ma jintervjenux meta Ali Sadr ħareġ mill-Bank Pilatus bil-bagalji
- Abdilla kien talab il-parir ta’ ħafna maġistrati jekk kellux biżżejjed evidenza biex jinvestiga Egrant
- Ma qisnihiex suspettuża li Brian Tonna jagħti isem sid Egrant lil Mossack Fonseca minn fuq Skype – Abdilla
- It-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi ma bdiet l-ebda investigazzjoni minħabba xi ħaġa li kitbet Daphne