Tkompli l-kumpilazzjoni dwar l-isparatura fil-Marsa f’April li għadda

Kompla jistema’ l-każ kontra Jonathan Pace ta’ 31 sena mill-Gudja li qed ikun akkużat b’attentat ta’ qtil fuq Vincent Muscat.
Waqt il-kumpilazzjoni l-Ispettur tal-Pulizija, Keith Arnaud, qal li l-Pulizija għada ma sabitx x’wassal għall-isparatura.
Il-każ seħħ fit-8 t’April li għadda, meta Vincent Muscat magħruf bħala l-Kohhu, kien milqut tliet darbiet f’rasu b’tiri ta’ arma tan-nar.
Mill-informazzjoni li ħarġet fil-Qorti, jidher li l-vettura li ntużat dak inhar tal-inċident kienet mikrija.
Meta l-Pulizija għamlu kuntatt mas-sid tal-kumpanija tal-kiri, irriżulta li l-vettura ġiet mikrija lil John Pace, iżda n-numru tat-telefown u l-indirizz li ngħataw kienu vvintati.
L-Ispettur qal ukoll li l-karozza kienet ġiet maħruqa l-għada tal-isparatura.