Jiġu rilaxxati l-fdalijiet ta’ Charlene Farrugia wara x-xhieda tal-esperti forensiċi

Miguela XUereb

Read in English.

Wara seduta li damet ftit aktar minn nofs siegħa, il-Magistrat li qed tisma’ l-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontra r-raġel akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia ordnat li jiġu rilaxxati l-fdalijiet tagħha għad-difna.

Farrugia kellha 25 sena meta kienet għebet f’Novembru tal-2008. Ġie kkonfermat il-qtil tagħha f’Lulju tal-2019 wara l-arrest ta’ Woods fuq hold-up fil-Gżira. Woods kien wassal il-pulizija f’post taħt is-swar tal-Belt Valletta fejn instabu l-fdalijiet tal-mara żgħażugħa.

Fis-seduta, l-Ispettur Fabian Fleri kkonferma kif Woods kien stqarr li kien qatel lil Farrugia: meta tressaq, Woods wieġeb mhux ħati għall-akkuża.

Wara xehdu l-esperti forensiċi Mario Scerri u Marisa Cassar, u hekk kif intemmet ix-xhieda tagħhom, il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia kkonkludiet li ma kienx baqa’ raġuni biex jinżammu l-fdalijiet tal-mara.

12:27 Il-kumpilazzjoni se tkompli fid-9 ta' Novembru fis-2.30pm, b'siegħa u nofs allokati għas-seduta.

Is-seduta tintemm, u magħha jintemm il-blog tagħna. Grazzi talli segwejtuna.
John Paul Cordina
12:22 Wara x-xhieda tal-esperti forensiċi, il-qorti tikkonferma li jistgħu jiġu rrilaxxati għad-difna l-fdalijiet ta' Farrugia.
John Paul Cordina
12:18 Il-prosekuzzjoni tikkonferma li m'hemmx aktar xhieda għal-lum.
John Paul Cordina
12:10 Cassar analizzat numru ta' affarijiet ta' Farrugia, u qalet li ma setgħetx tiddetermina jekk kinux tal-vittma.

Però ikkonkludiet li l-fdalijiet kienu ta' Farrugia għax kampjuni ta' DNA mill-fdalijiet kienu jaqblu ma ta' oħtha u ta' ommha.

Cassar issa tippreżenta slipper, ħabel oranġjo, numru ta' swab tests u kampjun orali ta' DNA.
John Paul Cordina
12:09 Tispiċċa x-xhieda ta' Scerri, u titla' biex tixhed Dr Marisa Cassar.
John Paul Cordina
12:07 Żied ukoll li mill-istudji li saru, jidher li l-qatgħat saru b'sega peress li kienu puliti ħafna.
John Paul Cordina
12:06 Scerri qal li eżamina wkoll lil Woods, li qal li kellu ferita fuq spalltu.
John Paul Cordina
12:03 L-analiżi kkonfermaw li l-fdalijiet kienu ta' mara ta' madwar 20-30 sena.

Kien hemm numru ta qatgħat fil-fdalijiet li saru b'mod pulit.

Forensikament, spjega Scerri, ma jistax jiġi kkonfermat jekk dawn sarux meta l-vittma kienet ħajja jew le.
John Paul Cordina
12:02 Il-fdalijiet kienu jinkludu partijiet mill-kranju u xi xagħar.
John Paul Cordina
12:00 Dr Scerri jispjega li kien ġie maħtur biex janalizza għadam uman misjub taħt is-swar tal-Belt.
John Paul Cordina
11:59 Ix-xhieda ta' Fleri tintemm hawn.

Issa jmiss li l-espert forensiku Mario Scerri jitla' biex jixhed.
John Paul Cordina
11:57 Wara l-istqarrija ta' Woods, Fleri qal li kkonferma li rriċerka l-isem u kkonferma s-suspett tiegħu: li l-persuna li semma l-akkużat kienet il-mara li għebet f'Novembru tal-2008.
John Paul Cordina
11:56 Fleri qal li Woods stqarr li kien qatel lil Farrugia, li dak iż-żmien kienet f'relazzjoni ma' raġel magħruf bħala "Harry Potter."
John Paul Cordina
11:55 Qal li wara dan il-każ, Woods kellu jiddaħħal l-isptar, fejn qal li xtaq ikellem lill-pulizija fuq qtil li sar snin qabel.
John Paul Cordina
11:54 Fleri qiegħed jispjega ċ-ċirkostanzi madwar l-arrest ta' Woods fuq hold-up.
John Paul Cordina
11:54 L-ispettur Fabian Fleri jitla' biex jixhed.
John Paul Cordina
11:53 Il-Maġistrat waslet, u b'hekk il-kompilazzjoni tista' tkompli.
John Paul Cordina
11:51 Qegħdin nistennew id-dħul tal-Maġistrat Marse-Ann Farrugia.
John Paul Cordina
11:50 L-akkużat daħal fl-awla, kif ukoll l-avukata tiegħu Roberta Felice Bonello.
John Paul Cordina
11:45 Il-jum it-tajjeb. Qegħdin live mill-awla numru 3.
John Paul Cordina

Il-kumpilazzjoni kellha tkompli fit-22 ta’ Settembru, imma l-kawża ġiet diferita peress li x-xhieda ma setgħux jattendu dak in-nhar.