8 xhur qabel Daphne nqatlet ippruvaw jiħħekkjawlha l-blogg

Miguela Xuereb

Dalgħodu tkompli l-inkjesta pubblika fuq l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fl-aħħar seduta xehed Melvin Theuma, li huwa s-sensar fl-assassinju, li ngħata maħfra presidenzjali sabiex jgħid kulma jaf fuq il-każ.

Xi spikka fis-seduta tal-lum?

  • Esperti tal-qorti jgħid li hemm probabbiltà li l-mowbajl ta’ Chris Cardona kien Velbert, il-Ġermanja, meta Daphne allegat li hu kien fil-burdell Acapulco f’Velbert
  • Fi Frar tal-2017 persuna kienet tippretendi li hi Daphne Caruana Galizia u tibgħat emails biex taċċessa informazzjoni għall-blogg tagħha
  • Attentat biex il-blogg jiġi ħħekkjat fi Frar tal-2017, 8 xhur qabel inqatlet
  • Dawn it-tip ta’ attakki jsiru minn “kriminali professjonali”
  • Parti mis-seduta saret fil-magħluq
11:06 Grazzi talli segwejtuna.
Sephora Francalanza
11:05 Is-seduta li jmiss se tkun nhar l-Erbgħa li ġej fid-9.30am.
Sephora Francalanza
11:05 Dan il-blogg se jintemm hawn peress li s-seduta qed tkompli b'bibien magħluqin.
Sephora Francalanza
10:26 Tintemm ix-xhieda. Issa l-inkjesta se tkompli fil-privat.
Sephora Francalanza
10:25 Attakk tat-tip DDOS (denial-of-service) huwa pjuttost għoli u jitlob ħafna riżorsi. Ix-xhud jgħid li dawn normalment jagħmluhom "kriminali professjonali."

Dan ġara fil-11 ta' Frar 2017.
Sephora Francalanza
10:23 Il-kumpanija li jirrappreżenta x-xhud jipprovdu konsulenzi u servizzi minuri oħra. Il-blogg kienet tieħu ħsiebu kumpanija oħra.

Jgħid li wieħed mill-attakki li kien hemm fuq il-blogg kien tat-tip DDOS.
Sephora Francalanza
10:22 Ix-xhud jgħid li filwaqt l-iħħekkjar normalment ikun anonimu u awtomatiku, dal-każ kien differenti.
Sephora Francalanza
10:21 Jispjega li min kien talab għas-servers tal-emails u d-DNS records. Kienu qegħdin ifittxu għal dettalji għall-informazzjoni biex jinbidel il-URL, u biex jibagħtu emails f'isem Caruana Galizia.

L-informazzjoni, kieku kisbuha, kienet tippermettilhom li joħolqu website pariġġ tagħha.
Sephora Francalanza
10:21 Fi Frar tal-2017, il-kumpanija bdiet tirċievi emails mingħand persuna tagħmilha għat-taparsi hija Daphne Caruana Galizia, u tistaqsi biex taċċessa l-blogg. Ix-xhud qal li filwaqt li wiġbuha lil din il-persuna, m'għaddewlhiex informazzjoni.

Dan mhuwiex mod normali kif wieħed jiħħekkja blogg.

Ix-xhud jgħid li min kien kien jaf l-ismijiet tan-nies fl-organizzazzjoni tagħhom u kellu l-indirizzi elettroniċi tagħhom.
Sephora Francalanza
10:21 Il-kumpanija bdiet tieħu ħsieb il-blogg tal-ġurnalista fl-2014.
Sephora Francalanza
10:18 Ir-rapport huwa tekniku ħafna u jinkludi informazzjoni f'każ ta' investigazzjoni.
Sephora Francalanza
10:14 Dr Comodini Cachia tispjega li Daphne Caruana Galizia kienet talbet lix-xhud sabiex jipprepara rapport tas-sigurtà. L-avukata titolbu jispjega r-rapport b'mod sempliċi.
Sephora Francalanza
10:12 Issa jmiss jixhed ħaddiem ma' kumpanija tas-sigurtà.
Sephora Francalanza
10:12 Tintemm ix-xhieda tal-espert Kevin Cutajar.
Sephora Francalanza
10:10 Ir-rapport jintwera fil-qorti.
Sephora Francalanza
10:10 L-informazzjoni tat-telefonati taż-żewġ mowbajls tintemm fis-6.40pm.
Sephora Francalanza
10:08 Cutajar jgħid li kien hemm konnessjoni (dik li hu jsejħilha "hit") mill-mowbajl ta' Joe Gerda fil-31 ta' Jannar, filwaqt li min-numru ta' Chris Cardona kien hemm bejn 12 u 15-il konnessjoni fl-istess data.
Sephora Francalanza
10:06 L-espert jgħid li l-problema hija sabiex jifhem ir-rabta bejn l-informazzjoni miksuba, peress li bħalissa għandu informazzjoni minn antenna waħda biss.

Li kieku informazzjoni minn żewġ antenni oħra kienet disponibbli, kien ikun jista' jara fejn kienu ż-żewġ mowbajls.
Sephora Francalanza
10:05 Il-konferenza kienet organizzata mill-Kummissjoni Ewropea.
Sephora Francalanza
10:04 Wara xi riċerka, jinstab il-post eżatt fejn saret il-konferenza, li hu qrib ħafna tal-antenna.
Sephora Francalanza
10:04 Cutajar iwieġeb li ma jafx fejn saret il-konferenza.

Dr Jason Azzopardi, li qed jidher parte civile, jaqra minn artiklu ta' Daphne Caruana Galizia li l-konferenza saret f'Essen.
Sephora Francalanza
10:03 L-Imħallef Mallia jirreferi għall-vjaġġ ta' Chris Cardona fil-Ġermanja. Jistaqsi kemm kienu 'l bogħod il-lukanda u l-post fejn saret il-konferenza minn Velbert.
Sephora Francalanza
10:01 Ikompli jispjega kif il-mowbajls jaqbdu ma' antenni differenti, u jispjega kif jaħdmu l-antenni mill-provdituri tas-servizz Ġermaniżi.

Il-provditur O2 wieġeb għall-mistoqsijiet.
Sephora Francalanza
10:00 L-espert ifiehem li l-mowbajls normalment ikunu viċin xulxin.
Sephora Francalanza
10:00 Il-Prim Imħallef Said Pullicino jikkjarifika li ż-żewġ mowbajls diskussi huma ta' Dr Chris Cardona, u ieħor reġistrat fuq Mimcol.
Sephora Francalanza
09:59 Id-distanza mill-antenna għal Velbert hija ta' madwar 20 kilometru.
Sephora Francalanza
09:58 Cutajar jgħid li t-temp u l-binjiet joħolqu ċerta reżistenza. L-antenna msemmija hija fuq barra, jispjega, sabiex ikollha konnessjoni aħjar.
Sephora Francalanza
09:57 L-Avukata parte civile Therese Comodini Cachia tgħid li tifhem li l-espert tal-qorti għandu biss dettalji minn torri wieħed. Tistaqsi huwiex viċin ta' Velbert, imma jwieġeb li huwa f'Essen.

Hemm 20 kilometru distanza bejn l-antenna u Velbert. Cutajar jiddeskriviha bħala distanza raġonevoli.
Sephora Francalanza
09:56 Jispjega li l-informazzjoni turi li ż-żewġ mowbajls kienu viċin ta' antenna. Jgħid lill-Qorti li jekk jirċievi xi informazzjoni se jgħaddiha lill-Bord.
Sephora Francalanza
09:56 Cutajar jgħid li bagħat mistoqsijiet lill-provdituri tas-servizz fil-Ġermanja, u ma rċieva l-ebda risposta.
Sephora Francalanza
09:52 Ix-xhud tal-lum huwa Keith Cutajar, espert appuntat mill-Qorti biex jevalwa l-informazzjoni mill-mowbajl ta' Dr Chris Cardona b'rabta mal-allegata żjara tiegħu fil-burdell Acapulco fil-Ġermanja waqt li kien fuq xogħol ministerjali.

L-espert qed jippreżenta rapport, li jikkonferma li hu r-rapport finali.
Sephora Francalanza
09:50 Mistennija tkompli s-seduta fil-miftuħ minn hawn u ftit ieħor.
Sephora Francalanza
09:49 Is-seduta tal-lum kellha tibda fid-9.30am, iżda bdiet fil-magħluq, jiġifieri l-midja ma kinitx permessa ġewwa.
Sephora Francalanza
09:49 Bonġu u nilqgħukom għal dan il-blogg live mill-qorti.
Sephora Francalanza

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • Melvin Theuma emozzjona ruħu xħin ġie mistoqsi kif iħossu llum il-ġurnata
  • Yorgen Fenech qal lil Theuma li fil-ftehim tal-Electrogas irnexxielu imma jħossu f’gaġġa minħabba l-qtil
  • Yorgen Fenech kien aktar jafda lil Keith Schembri milli lil Silvio Valletta
  • Kien iltaqa’ ma’ Yorgen Fenech Portomaso ħdejn il-Blue Elephant u hemm Fenech qallu li jrid joqtol lil Daphne
  • Fenech qallu li Daphne kienet se toħroġ informazzjoni fuq zijuh
  • Wara l-elezzjoni tal-2017 Theuma nduna li l-informazzjoni kienet dwar Fenech u mhux fuq iz-ziju ta’ Fenech
  • Theuma qal li jekk toħroġ li jkun hemm persuna oħra li tatu l-flus biex isir il-qtil apparti Yorgen Fenech, jitlob lill-President li mhux il-maħfra jneħħilu, imma jagħtih il-forka

Waqt is-seduta tal-lum, xehed Keith Cutajar, espert appuntat mill-Qorti sabiex janalizza l-informazzjoni meħuda mill-mowbajls ta’ Dr Chris Cardona, l-eks Ministru għall-Ekonomija, u Joe Gerada, ħaddiem li kien qed jakkumpanjah fil-vjaġġ tiegħu l-Ġermanja.

Il-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia f’Jannar tal-2017 kienet ħarġet storja fuq il-blogg tagħha Running Commentary li tallega li Cardona u Gerada marru f’burdell meta kienu msefrin fuq xogħol tal-Gvern.