Is-sitwazzjoni tjiebet mir-rapport tal-Moneyval – Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni

Anti-money laundering

Read in English.

Dalgħodu kompliet l-inkjesta pubblika fuq l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia bix-xhieda tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni Marvin Gaerty u l-eks Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg, li llum huwa l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Xi spikka mix-xhieda tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni?

  • Kien isegwi l-blogg ta’ Daphne Caruana Galizia biex iżomm ruħu aġġornat bl-iskandlu tal-Panama Papers
  • Ir-rapport tal-Moneyval kien korrett, wara li ġie ppubblikat is-sitwazzjoni bdiet titjieb
  • Kien maħtur fuq il-bord biex janalizza l-proġett tal-Enemalta fuq il-powerstation il-ġdida, li eventwalment mar f’idejn l-Electrogas; ma kienx involut fl-għoti tal-kuntratt u bilkemm jiftakar x’kien l-irwol tiegħu

Xi spikka mix-xhieda tal-eks Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar?

  • L-eks Kap Eżekuttiv jgħid li l-pressjoni mill-iżviluppaturi fuq il-bord tal-PA hija daqs dik li jagħmlu l-NGOs
  • Buttigieg jgħid li mentalità Maltija li tmur lura għat-80ijiet li hawn sistema li tippermetti li jiġu injorati permessi u policies tal-ippjanar
  • Iltaqa’ ma’ Yorgen Fenech l-ewwel darba fl-2013
  • Fenech kien interessat jixtri Manoel Island u ried jibni lukanda meta ġie propost ir-riklamazzjoni tal-art.
11:48 Is-seduta tintemm hawn. Grazzi talli segwejtuna! Dalwaqt intellgħu l-punti ewlenin tas-seduta tal-lum. Niltaqgħu l-Ġimgħa għal blogg ieħor live mill-qorti.
Sephora Francalanza
11:48 Bħal-lum ġimgħa se jixhed Adrian Said minn Projects Malta.
Sephora Francalanza
11:47 Nhar il-Ġimgħa għandhom jixhdu l-eks Kap tal-Pulizija u l-Ispettur Antanovic.
Sephora Francalanza
11:47 Ix-xhieda ta' Johann Buttigieg tintemm hawn.
Sephora Francalanza
11:46 Kellu ikla ma' Yorgen Fenech darba biex jiddiskutu ċerti proġetti u kien ġie mistieden għal party fir-residenza ta' Fenech f'Ħaż-Żebbuġ.
Sephora Francalanza
11:45 Buttigieg isemmi wkoll li Fenech kien interessat jixtri Manoel Island.
Sephora Francalanza
11:44 Fenech ried jibni lukanda meta kien qed jiġi propost riklamazzjoni tal-art.
Sephora Francalanza
11:43 Buttigieg u Fenech iltaqgħu għall-ewwel darba fl-2013.
Sephora Francalanza
11:42 Comodini Cachia issa tistaqsi lil Buttigieg jekk jafx lil Yorgen Fenech u jekk qatt iltaqax miegħu.
Sephora Francalanza
11:41 L-irwol tiegħu kien li jwettaq Servizz Pubbliku ta' Preskrizzjoni, jgħid Buttigieg, u jsemmi li ma kienx sodisfatt b'xogħol Wright u temmlu l-impjieg.
Sephora Francalanza
11:40 Semmiet ukoll kif huwa kien involut fl-organizzar ta' attivitajiet tal-Partit Laburista.
Sephora Francalanza
11:38 L-Avukata Therese Comodini Cachia tistaqsi x'kien l-irwol ta' Nicholas Wright fl-Awtorità tal-Ippjanar. Wright ingħata direct order mill-PA.
Sephora Francalanza
11:35 B'rabta mal-proġetti high-rise tal-Imrieħel, Buttigieg qal li l-policy FAR tinkludi Malta u Għawdex kollha u anke l-għażla li setgħu jmorru għal konsultazzjoni pubblika.
Sephora Francalanza
11:33 Jibda jistaqsi l-mistoqsijiet l-Avukat Jason Azzopardi.
Sephora Francalanza
11:31 Il-Bord isemmi li kien hemm każijiet fejn inbnew strutturi illegali u mbagħad ingħataw sanzjoni mill-PA billi weħlu multa.
Sephora Francalanza
11:31 Jinsisti li jekk permess mhuwiex skont il-policies, mela l-permess ma kellux jinħareġ.
Sephora Francalanza
11:29 Buttigieg jgħid li din hi mentalità, kultura fis-soċjetà Maltija, li tmur lura għat-80ijiet.
Sephora Francalanza
11:28 Il-Bord jistaqsi wkoll jekk is-sistema tal-pajjiż tiffaċilitax l-idea li jiġu injorati l-permessi u l-policies tal-PA.
Sephora Francalanza
11:25 Il-Bord issa jistaqsi mistoqsijiet tekniċi fuq ċerti policies.
Sephora Francalanza
11:24 Buttigieg jgħid li din il-pressjoni kienet aktar preżenti meta ġew proposti proġetti fuq artijiet ODZ.
Sephora Francalanza
11:21 L-eks Kap Eżekuttiv tal-PA jgħid li l-pressjoni mill-iżviluppaturi fuq il-bord tal-PA hija daqs dik li jagħmlu l-NGOs.
Sephora Francalanza
11:19 Kompla jispjega li l-policy riveduta inkludiet li bini għoli jista' jkun permess biss f'dawn il-postijiet: Imrieħel (eskluż mill-policy wara konsultazzjoni pubblika), Tas-Sliema, San Ġiljan, il-Gżira u Buġibba.
Sephora Francalanza
11:18 Buttigieg jispjega li l-policy ġiet riveduta peress li qabel l-2013, kien hemm ħafna proġetti ta' bini għoli li qajmu reazzjoni mill-pubbliku. Semma l-proġett ta' Portomaso u oħrajn Għawdex bħala eżempju.
Sephora Francalanza
11:14 Il-Bord issa jistaqsi fuq il-high-rise policy.
Sephora Francalanza
11:13 Buttigieg jgħid li Musumeci kien involut fis-separazzjoni tal-MEPA, li wasslet għall-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA).
Sephora Francalanza
11:10 Il-Bord isemmi lil Robert Musumeci u jistaqsi lil Buttigieg dwar l-irwol tiegħu.
Sephora Francalanza
11:10 Isemmi wkoll Ministri u Segretarji Parlamentari oħra li kienu responsabbli għall-Awtorità tal-Ippjanar.
Sephora Francalanza
11:08 Isemmi kif qabel l-Awtorità tal-Ippjanar waqgħet taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru Ian Borg, hija kienet responsabbiltà tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, Joseph Muscat.
Sephora Francalanza
11:08 Il-Bord tal-Inkjesta jistaqsih jekk qatt kienx konsulent tal-Gvern, u hu jgħid le.
Sephora Francalanza
11:07 Buttigieg jgħid li kien ilu impjegat mal-Awtorità tal-Ippjanar mill-1994, u okkupa diversi karigi.
Sephora Francalanza
11:07 Jitla' jixhed Johann Buttigieg.
Sephora Francalanza
11:07 Is-seduta ġiet sospiża għal ftit ħin u issa se tkompli.
Sephora Francalanza
11:06 Huwa ħalla l-kariga fl-2019, meta nħatar imbagħad Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA).
Sephora Francalanza
10:57 Ix-xhud li jmiss huwa Johann Buttigieg, eks Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Sephora Francalanza
10:56 Ix-xhieda ta' Marvin Gaerty tintemm hawn.
Sephora Francalanza
10:53 Iżżid tgħid li sal-Ġimgħa tippreżenta lill-Qorti b'lista ta' nies imsemmija fil-Panama Papers, jew li kellhom x'jaqsmu.
Sephora Francalanza
10:50 L-avukata tispjega li issa x-xhud irid direzzjoni formali mingħand il-Bord tal-Inkjesta dwar jekk jistax jagħti ċerta informazzjoni, inkluż ismijiet.
Sephora Francalanza
10:48 L-Avukata Comodini Cachia tispjega li milli qal Gaerty, il-Bord li kien fuqu ġie preżentat b'financials minn ċerti konsorzji qabel ma sar abbozz tal-RFP.
Sephora Francalanza
10:46 Gaerty iżid jgħid li hu ra biss xi dokumenti finanzjarji u ma kienx involut fl-għoti tal-kuntratt.
Sephora Francalanza
10:45 Comodini Cachia tikkummenta li donnu ħadd ma jiftakar x'kien l-irwol tiegħu fejn tidħol il-kwistjoni tal-Electrogas.
Sephora Francalanza
10:45 Jgħid li bilkemm jiftakar x'kien l-irwol tiegħu.
Sephora Francalanza
10:44 Gaerty jgħid li hu attenda biss darba u kellu rwol żgħir biex isir abbozz tal-RFP/Financials tal-proġett.
Sephora Francalanza
10:41 Jikkonferma wkoll li kien appuntat fuq il-bord biex janalizza l-proġett tal-Enemalta fuq il-powerstation il-ġdida, li eventwalment mar f'idejn il-konsorzju tal-Electrogas.
Sephora Francalanza
10:41 Terġa' tibda tistaqsi l-mistoqsijiet l-Avukata Comodini Cachia.
Sephora Francalanza
10:40 Mistoqsi fuq id-data eżatta, ix-xhud jgħid li hu ġie appuntat f'Settembru tal-2013.
Sephora Francalanza
10:40 Ix-xhud jirrepeti li wara r-rapport tal-Moneyval, l-affarijiet bdew jinbidlu.
Sephora Francalanza
10:39 Gaerty spjega mill-ġdid li l-policy dejjem kienet li jekk persuna ma tiddikjarax €5 miljun jew €1 miljun, id-Dipartiment ried jaċċerta li t-taxxa, il-multa jew multi u l-interessi li jakkumulaw jitħallsu.
Sephora Francalanza
10:38 Ix-xhud kien evażiv fit-tweġiba tiegħu u l-avukat qallu, "Nittama li għandek dan it-tip ta' poter."

Ix-xhud wieġeb li iva, imma jiddependi mill-informazzjoni li jkollhom.
Sephora Francalanza
10:35 L-Avukat Azzopardi jistaqsi jekk id-Dipartiment għandux il-poter li jordna 'rejd' jekk ikun hemm allegazzjonijiet serji jew provi ta' ħasil tal-flus jew evażjoni tat-taxxa.
Sephora Francalanza
10:30 Qal li qabel kienu jikkomunikaw biss jekk ikun hemm forma ta' koperazzjoni illegali li tiġi identifikata fl-investigazzjonijiet.
Sephora Francalanza
10:29 Ix-xhud iwieġeb li din ir-relazzjoni bdiet teżisti ftit snin ilu.
Sephora Francalanza
10:28 Jistaqsi wkoll x'inhi r-relazzjoni bejn id-Dipartiment tat-Taxxa u l-Bord tal-Accountancy.
Sephora Francalanza
10:27 L-Avukat jistaqsi lix-xhud jekk iħossux komdu jaħdem bil-policies kurrenti u x'jissuġġerixxi biex jittejbu l-affarijiet.
Sephora Francalanza
10:25 Issa jibda jistaqsi l-mistoqsijiet l-Avukat Jason Azzopardi.
Sephora Francalanza
10:25 Il-Bord tal-Inkjesta jgħid li l-mistoqsija tista' titwieġeb f'seduta oħra.
Sephora Francalanza
10:24 Gaerty jgħid li ma jistax iwieġeb dil-mistoqsija.
Sephora Francalanza
10:24 L-Avukata tistaqsi jekk Nexia BT, ta' Karl Cini u Brian Tonna, qatt ġietx irrappurtata lill-bord tal-accountancy.
Sephora Francalanza
10:22 Ix-xhud huwa wkoll mistoqsi fuq liema rapport tal-awditur jistrieħ id-Dipartiment. L-Avukata tgħid li qed tirreferi għar-rapport tal-awditur li Konrad Mizzi qal li sar.
Sephora Francalanza
10:21 L-Avukata tistaqsi jekk id-Dipartiment għandux il-poter li jieħu azzjoni fuq allegazzjonijiet ta' tixħim, tal-Panama Papers, Swiss Leaks, eċċ.
Sephora Francalanza
10:20 Jgħid ukoll li l-affarijiet marru għall-aħjar wara r-rapport tal-Moneyval.
Sephora Francalanza
10:20 Ix-xhud iwieġeb li d-Dipartiment ma rax din il-ħtieġa billi kien hemm skandli oħra fil-passat relatati mal-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, u qatt ma nbidlet l-ebda policy.
Sephora Francalanza
10:19 Comodini Cachia tistaqsi lix-xhud jekk id-Dipartiment ħassx il-ħtieġa li jbiddel il-policy fuq l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus meta ġew żvelati l-Panama Papers.
Sephora Francalanza
10:15 Tibda tistaqsi l-mistoqsijiet l-Avukata Therese Comodini Cachia.
Sephora Francalanza
10:14 Ikkonferma li huwa diffiċli għad-Dipartiment biex iwettaq l-investigazzjonijiet neċessarji jekk is-sistemi l-oħra ma jkunux f'posthom.
Sephora Francalanza
10:10 Jgħid li r-rapport tal-Moneyval kien korrett.
Sephora Francalanza
10:07 Ir-realtà hi, qal Gaerty, li mil-lat ta' effiċjenza u mil-lat finanzjarju, jekk m'hemmx reġistru fejn jitniżżlu n-nies li jevadu t-taxxa, ma jistgħux jittieħdu proċeduri kriminali kontrihom.
Sephora Francalanza
10:03 Żied jgħid li s-sitwazzjoni ma kinitx l-istess fl-2016, meta ġie żvelat l-iskandlu tal-Panama Papers.
Sephora Francalanza
10:03 Fl-aħħar sena, id-Dipartiment tat-Taxxa Interna, il-Pulizija u l-FIAU kienu qegħdin jaħdmu mill-qrib u sar titjib, skont Gaerty.
Sephora Francalanza
10:01 Gaerty jikkjarifika li meta persuna tirregolarizza ruħha mad-Dipartiment tat-Taxxa, ikun diffiċli għad-Dipartiment biex jakkużaha bil-ħasil tal-flus.
Sephora Francalanza
10:00 Fejn tidħol l-evażjoni tat-taxxa, il-policy dejjem kienet biex il-persuna tirregolarizzaha u ma jidħlux fis-seħħ proċeduri kriminali.
Sephora Francalanza
09:58 Ix-xhud jgħid li kull meta persuna tkun se tiġi investigata fuq ħasil tal-flus jew frodi, tingħata notifika u bħala parti mill-proċess, il-persuna tintalab tippreżenta xi dokumenti.
Sephora Francalanza
09:56 Bħala l-Kummissarju għat-Taxxa Interna, Marvin Gaerty jista', skont Artiklu 4, jagħti ċerta informazzjoni biss jekk il-Prim Ministru jagħtih permess.
Sephora Francalanza
09:55 L-Avukata Therese Comodini Cachia li tirrappreżenta lill-familja Caruana Galizia qalet li jkun interessanti li kieku l-Prim Ministru jagħtih permess biex ma jixhidx fil-magħluq.
Sephora Francalanza
09:53 Marvin Gaerty jitlob li jkompli jixhed fil-magħluq peress li ċerta informazzjoni ma jistax jagħtiha quddiem il-midja.
Sephora Francalanza
09:52 Bħala awtorità tat-taxxa, huwa kien ikkuntattja wkoll lill-ICIJ – International Consortium of Investigative Journalists.
Sephora Francalanza
09:51 Kien isegwi l-blogg ta' Daphne Caruana Galizia billi kien ikun aġġornat sew bl-aħħar żviluppi fuq il-Panama Papers.
Sephora Francalanza
09:51 Qal ukoll li hu aġixxa mill-ewwel, u li kien isegwi l-midja biex iżomm ruħu aġġornat.
Sephora Francalanza
09:50 Jgħid li hu ta struzzjonijiet biex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa kollha fuq dawn l-allegazzjonijiet, u biex jiġu investigati l-persuni esposti politikament (PEPs) li ssemmew fil-Panama Papers.
Sephora Francalanza
09:48 Il-Bord isemmi l-Panama Papers.
Sephora Francalanza
09:47 Huwa jispjega li din hi waħda professjonali, u li d-Dipartiment tat-Taxxa jikkonsulta mal-Ministeru biss f'termini ta' policies, aspetti finanzarji legali u meta l-Ministeru jippjana l-baġit.
Sephora Francalanza
09:46 Il-Bord jistaqsi lil Gaerty fuq ir-relazzjoni tiegħu mal-Ministeru tal-Finanzi.
Sephora Francalanza
09:43 Il-professjoni tiegħu hija ta' accountant. L-irwol tiegħu jaqa' taħt il-Ministeru tal-Finanzi.
Sephora Francalanza
09:42 Jgħid li ilu jaħdem fid-Dipartiment tat-Taxxa 20 sena.
Sephora Francalanza
09:41 Jitla' jixhed il-Kummissarju tat-Taxxi Interni Marvin Gaerty.
Sephora Francalanza
09:40 Illum mistennija jixhdu l-Kummissarju tat-Taxxi Interni u l-eks Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Sephora Francalanza
09:39 Il-Bord tal-Inkjesta għadu kemm daħal fl-awla.
Sephora Francalanza
09:39 Bonġu u merħba għal dan il-blogg live minn awla 20 fil-qorti.
Sephora Francalanza

Xi spikka fl-aħħar seduta?

  • Xehed il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna
  • Semma li kien hemm dak li jgħidulu kitchen cabinet, qal li hu ma kienx parti minnu
  • Jgħid li skont ma jaħseb hu, dan il-kitchen cabinet kien magħmul minn Keith Schembri, Konrad Mizzi u Joseph Muscat
  • Sostna li kien hemm min isejjaħlu “Mr No” għax għandu idu iebsa
  • Qal li hu qatt ma kien involut fit-tfassil u l-iffirmar tal-MOUs; Scicluna qal li l-istil tiegħu huwa differenti minn kif mexxa ħaddieħor
  • Scicluna qal li l-maġġornaza tal-Grupp Parlamentari kienu qed jagħtu l-parir biex il-Prim Ministru jiddistanzja ruħu meta ħarġet tal-Panama Papers
  • “Nassigurakom li min-naħa tal-finanzi se naraw fejn hu dgħajjef u ntejbuh,” qal Scicluna.

Il-Bord tal-Inkjesta hu mmexxi mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia u magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.

Aqra minuta b’minuta x’ingħad fl-aħħar seduta
Jien ma kontx parti mill-‘kitchen cabinet’ ta’ Muscat – Scicluna