Tkeċċija oħra fl-Amerka, issa l-eksdirettur tal-FBI

Fl-Amerka għadha kemm tkeċċiet persuna oħra mill-awtoritajiet tal-pajjiż, din id-darba l-uffiċċjal tal-FBI, Andre McCabe li frekwentament kien qed jiġi akkużat bi preġudizzju politiku mill-President Donald Trump.
McCabe tkeċċa mill-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti, Jeff Sessions, wara li f’Jannar li għadda rreżenja mill-pożizzjoni tiegħu ta’ Deputat Direttur tal-FBI.
McCabe kien involut fl-investigazzjonijiet tal-FBI fuq l-użu tal-imejls ta’ Hillary Clinton, kif ukoll l-allegat tbabis mir-Russja fl-elezzjonijiet presidenzjali tal-Amerka.
Din it-tkeċċija ġiet biss jumejn qabel ma’ McCabe għalaq 50 sena, u jumejn qabel ma kien mistenni jirtira għall-pensjoni.
Skont Sessions, ir-raġuni wara t-tkeċċija ta’ McCabe kienet li ta xi informazzjoni sensittiva lill-midja tal-pajjiż.