Tkabbir ta’ 0.3% fil-Prodott Gross Domestiku fl-Ewropa

Matul it-tieni kwart tal-2013, il-Prodott Gross Domestiku fiż-Żona Ewro u fl-Unjoni Ewropea żdied b’0.3%. Dan jikkuntrasta mat-tnaqqis ta’0.3% u 0.1% irreġistrati fl-ewwel kwart ta’ din l-istess sena.

Fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet kien hemm tnaqqis ta’ 0.7% fil-GDP fiż-Żona Ewro u tnaqqis ta’ 0.2% fl-Unjoni Ewropea.

L-istess Prodott Gross Domestiku fl-Istati Uniti kiber b’0.4% meta kkumparat mal-istes sperjodu tas-sena ta’ qabel.