Tkabbir fil-prodott Gross Domestiku

Is-sena l-oħra l-ekonomija kienet ikkaratterizzata b’inqas produzzjoni fl-ewwel kwart, sewgita minn tkabbir matul il-bqija tas-sena. Il-produzzjoni kibret permezz t’attivitajiet ekonomiċi, finanzjarji u ta’ sigurta’, informazzjoni u komunikazzjoni fost l-oħrajn. Kien hemm tnaqqis rreġistrat fil-produzzjoni fil-minjieri u barrieri, fil-provista tal-elettriku u tal-ilma.

In-nefqa tal-konsum finali żdiedet bi 2.7%. Il-gross tal-kapital żdied bi €26.8 miljun. Id-dħul jammonta għal €123.6 miljun kumpens għall-impjegati, €71.8 żieda fl-intrapriża, u €4.2 miljun żieda fit-taxxi fuq produzzjoni u importazzjoni. Id-dħul u taxxi mħallsa mir-residenti minn madwar id-dinja jammuntaw għal madwar €6,278.9 miljun.