Tiżżerżaq blokka ta’ 30 tunnellata konkos fit-triq

Blokka konkos ta’ 30 tunnellata żżerqet minn fuq trejler fil-Marsa.
Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq it-Telgħa ta’ Kordin, inti u sejjer lejn l-inħawi ta’ Ras Ħanżir.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, iżda t-triq ingħalqet u nġema’ t-traffiku.