Tiziano Ferro għal Sanremo 2020

Ritratt: Facebook/TizianoFerro

Ikomplu t-tħejjijiet għas-70 edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo li se jsir fi Frar li ġej. Il-festival se jkun wieħed speċjali li jimmarka l-istorja twila ta’ dan il-festival popolari u d-direzzjoni artistika tiegħu se tkun f’idejn Amadeus li se jkun qed jippreżenta l-ħames serati li se jittellgħu bejn l-4 u t-8 ta’ Frar.

Iżda Amadeus mhux se jkun waħdu fuq il-palk għax biex imexxi l-preżentazzjoni tal-festival se jkollu miegħu l-kantant Tiziano Ferro f’rwol li mhux soltu narawh fih.

Se jkun hemm ukoll żewġ preżentaturi nisa li se jalternaw bejniethom u li s’issa għad ma hemm l-ebda aħbar min se jkun.

Bħas-soltu l-festival ta’ Sanremo jkun qed jixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon Nazzjonali Taljan Rai Uno.