Tiżdiedlu s-sentenza tal-ħabs wara li nstabitlu l-eroina fiċ-ċella

Ħabsi li bħalissa qed iservi sentenza ta’ għomor il-ħabs żdiditlu s-sentenza b’10 xhur oħra ħabs wara li l-Qorti sabitu ħati li kien fil-pussess tad-droga eroina fiċ-ċella tiegħu.
Il-każ imur lura għall-2007 waqt spezzjoni għall-għarrieda.
Il-priġunier ta’ 34 sena jinsab fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li kien instab ħati li qatel lill-Pulizija li kien għassa mal-bank HSBC waqt hold-up f’Novembru tal-2001.