Tiżdied talba kbira għall-ikel kif il-Covid-19 tolqot lil vulnerabbli

Il-Malta Trust Foundation twaqqaf il-Food Aid Project

Read in English.

Il-Malta Trust Foundation waqqfet Proġett ta’ Għajnuna għall-Ikel bl-appoġġ tal-komunità tan-negozju wara li rċeviet numru kbir ħafna ta’ talbiet minn familji żvantaġġjati li huma fost l-agħar milquta mill-kriżi ekonomika tal-koronavirus.  

Il-kap tal-Fondazzjoni Marie-Louise Coleiro Preca qalet: “Matul dawn iż-żminijiet kritiċi huwa nkwetanti ħafna li tirċievi tant talbiet għall-ikel minn familji u individwi sfortunati. Qegħdin ukoll nappellaw għall-għajnuna minn nies li jsejħulna bid-dmugħ f’għajnejhom għax ma jistgħux iħallsu l-kera tagħhom u huma jibżgħu ħafna li ser jispiċċaw bla dar. “  

It-tim tal-Fondazzjoni u l-volontiera llum bdew iqassmu kaxex tal-ikel li ngħataw b’ġenerożità minn negozji, fosthom: Pama, Vernons, Piscopo Cash & Carry, Convenience Shops, Busy Bee, Cauchi Toul, Chef’s Choice, Frank Borda Ltd, Golden Harvest , Jespers Bakery, Green’s Supermarks, Benna, Ta’ Ganza, e-Cabs, Bonju Cabs, GoTo Sharing, Famalco, Blexr Gaming u Remax.  

Is-Sinjura Coleiro Preca qalet li l-kaxex tal-ikel kienu jmorru għand dawk li diġà kienu qed jissieltu fi żminijiet normali biex jitimgħu lill-familji tagħhom b’mod adegwat, u oħrajn li inevitabbilment sofrew telf fid-dħul minħabba ċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali kkawżati minn COVID-19 u qed jitħabtu biex ilaħħqu.  

Il-Malta Trust Foundation intalbet ukoll biex tappoġġja lil xi NGOs bil-provvisti tal-ikel peress li r-riżorsi tagħhom huma limitati fl-isforzi tagħhom biex ilaħħqu man-numru dejjem jiżdied ta’ nies li jersqu lejhom.  

Is-Sinjura Coleiro Preca, li hija wkoll il-President tal-Eurochild, qalet li kienet aktar ta’ tħassib saħansitra akbar li tirrealizza li tant tfal kienu qed jiġu affettwati ħażin miċ-ċirkostanzi straordinarji attwali.  

Hija appellat li rridu nagħmlu dak kollu possibbli biex nassiguraw li l-faqar tat-tfal ma jiżdiedx fuq il-gżejjer tagħna. Huwa ta’ importanza kbira li tingħata prijorità lil uliedna nkella l-faqar li din il-ġenerazzjoni li tkun qed tbati se jinfirex fis-snin li ġejjin ta’ ħajjithom.