Joe Biden fil-vantaġġ f’Georgia

Aġġornat 11:20 AM
Joe_Biden
Photo: Gage Skidmore via Wikimedia commons

Read in English.

Il-Kandidat tal-Partit Demokratiku Joe Biden jinsab fil-vantaġġ fl-istat ta’ Georgia għall-ewwel darba. Skond CNN, Biden għandu vantaġġ minimu ta’ ftit aktar minn 917-il vot.

Dan jista’ jkun mument sinjifikanti fl-elezzjoni presidenzjali. L-istat ta’ Georgia huwa kruċjali biex Trump jkun għadu fiċ-ċans biex jirbaħ l-elezzjoni.

Il-Ħamis, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump beda dak li qed jissejjaħ bħala “attakk straordinarju” fuq il-proċess demokratiku tal-pajjiż, fejn waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-White House stqarr – b’mod falz – li l-elezzjoni qed “tinsteraq” minnu.

Trump ma preżenta ebda evidenza biex isostni d-dikjarazzjoni tiegħu, filwaqt li attakka l-uffiċjali tal-għadd tal-voti u allega froti fi stati fejn l-aħħar settijiet ta’ voti mhux magħduda qed jimbutta lid-Demokratiku Joe Biden eqreb lejn ir-rebħa.

“Dan hu każ fejn qed jippruvaw jisirqu elezzjoni”, qal Trump. 

Biden, eks Viċi President, qed inaqqas id-distakk b’mod qawwi mill-President Repubblikan f’Pensylvania u Georgia u żamm vantaġġ żgħir f’Nevada u Arizona, biex b’hekk jinsab aktar qrib l-270 vot meħtieħa mill-Kulleġġ Elettorali li jiddetermina r-rebbieħ.