Tiżdied l-ispiża tal-benefiċċji soċjali

Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena kien hemm żieda ta’ €14.9 miljun jew 2.4% fil-ħlas tal-benefiċċji soċjali fil-pajjiż, għal total ta’ €638.6 miljun.
Iż-żieda fissret l-għoti ta’ €9.2 miljun iktar f’benefiċċji kontributorji, u €5.7 miljun oħra f’dawk mhux kontributorji.
Mill-benefiċċji kontributorji, iż-żieda kienet l-iktar fil-pensjoni tal-irtirar, fil-pensjoni tar-romol u tal-invalidità. Kien hemm tnaqqis fil-ħlas tal-bonus kontributorju u tal-benefiċċji.
Min-naħa l-oħra, mill-benefiċċji mhux kontributorji, il-parti l-kbira taż-żieda kienet f’assistenza soċjali, pensjoni tal-età, assistenza ta’ diżabilità, assistenza medika u dik supplimentari. Fl-istess ħin kien hemm tnaqqis fil-ħlas totali taċ-children’s allowance, u tal-bonus.