Tiżdied l-infezzjoni tal-gonorrhoea li tirreżisti l-antibijotiċi

Qed ikun kważi impossibli li tiġi kkurata l-infezzjoni tal-gonorrhoea li tiġi trażmessa sesswalment u li saret reżistenti għall-kura bl-antibijotiċi.
Rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa jikkwota data minn 77 pajjiż fejn l-infezzjoni qed tirreżisti l-kura b’antibijotiċi antiki u irħas.
Xi pajjiżi qed isibu li din l-infezzjoni ma tista tiġi kkurata bl-ebda tip ta’ antibijotiċi.
Uffiċjal tal-WHO qalet li l-bacteria li twassal għal infezzjoni huma kapaċi jevolvu biex jirreżistu l-antibijotiċi.
Kull sena, hu stmat li mat-78 miljun persuna huma infettati bil-gonorrhoea.
L-infezzjoni tista’ taffetwa l-partijiet ġenitali u l-griżmejn.
Il-kumplikazzjonijiet tagħha jaffetwaw lin-nisa, fosthom b’infjammazjonijiet, infertilità u risku akbar tal-HIV.