Tiżdied it-tensjoni wara eżekuzzjoni ta’ kjeriku fl-Arabja Sawdija

In-Nazzjonijiet Magħquda esprimew it-tħassib tagħhom għall-eżekuzzjoni ta’ kjeriku tas-Shia fl-Arabja Sawdija għax fi kliemhom tista’ twassal għal aktar tensjoni u rivalità fil-Lvant Nofsani.
Għalhekk, diversi mexxejja, qed iħeġġu l-mexxejja tar-reġjun biex inaqqsu t-tensjoni malajr kemm jista’ jkun.
Minkejja dan, it-tensjoni kompliet. Dimostranti protestanti fl-Iran, pattew għall-eżekuzzjoni billi taw in-nar lill-ambaxxatta tal-Arabja Sawdija f’Tehran.
Il-kjeriku, Sheikh Nimr kien wieħed minn 47 persuna li nqatlu akkużati bit-tettoriżmu fl-Arabja Sawdija.
Il-Musulmani Xiiti fl-Iran diġà wissew lill-Arabja Sawdija li se jpattu qares għall-qtil ta’ Nimr.
Il-Ministeru għall-Intern tal-pajjiż qal li l-parti l-kbira ta’ dawk li nqatlu, kienu involuti f’sensiela ta’ attakki mill-Al-Qeida bejn l-2003 u l-2006.