Tiżdied it-tensjoni bejn l-Iran u l-Istati Uniti fil-Golf tal-Oman

Żewġ tankers intlaqtu f’suspett ta’ attakk fil-Golf tal-Oman. Dan ġara xahar biss wara inċident simili li seħħ fejn erba’ tankers fl-istess reġjun ġew milquta. Il-każ qed jiġi investigat mit-taqsiam tal-Operazzjonijiet tal-Kummerċ Marittimu tar-Renju Unit.

Il-prezzijiet taż-żejt għolew b’4%. Wara li ħareġ dan ir-rapport qamet tensjoni kbira fil-Golf, u żdiedu t-tilwim bejn l-Iran u l-Istati Uniti. Iż-żona tinsab ħdejn l-Istrett ta’ Hormuz, passaġġ strateġiku maġġuri li aktar minn kwart tal-konsum globali taż-żejt jgħaddi minnu lejn il-Lvant Nofsani.