Tiżdied is-sigurtà fuq il-credit cards tal-bank

Il-kumpanija Mastercard ħabbret li se tibda timmanufattura credit card li taħdem bil-marki tas-swaba’.
Mastercard ħabbret li se tniedi din il-card wara li pruvata f’żewġ esperimenti separati fl-Afrika t’Isfel.
Din it-tip ta’ teknoloġija taħdem eżatt bħal dik tas-sigurtà tal-mowbajls li tirrikjedi marki tas-swaba’ biex isir pagament minn fuq l-apparat.
Diversi esperti qalu li din l-inizjattiva, għalkemm mhix sikura għal kollox, hija pass sensibbli ‘l quddiem fil-bijometrija tat-teknoloġija.
Mastercard qalet li din il-karatteristika se tkun tistà tintuża biss biex wieħed jixtri mill-ħwienet.