Tiżdied ir-rata ta’ investiment fin-negozju fiż-Żona Ewro

Skont ċifri tal-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, fit-tieni kwart tas-sena 2019 ir-rata ta’ investiment fin-negozju kienet 25.7 % fiż-żona Ewro li tfisser żieda meta kkumparat ma’ 23.8% fil-kwart ta’ qabel. Il-Eurostat wera kif ir-rata tfisser ukoll żieda meta kkumparat mal-istess perjodu tas-sena l-oħra fejn ir-rata kienet 22.9%.

Is-sehem ta’ profitt fin-negozju fiż-żona Ewro kien 39.2% fit-tieni kwart ta’ din is-sena meta fl-ewwel kwart kienet 39.6%. Din ir-rata hija wkoll inqas minn dik tat-tieni kwart tas-sena l-oħra meta kienet 40.1%.

Iż-żona Ewro hija ffurmata minn 19-il pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, flimkien mal-Bank Ċentrali Ewropew u l-European Stability Mechanism.