Tiżdied in-nefqa tal-Gvern fuq servizzi u benefiċċji soċjali

In-nefqa tal-Gvern fuq servizzi u benefiċċji soċjali żdiedet bi kważi €57 miljun fl-ewwel sitt xhur tas-sena meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li fl-ewwel sitt xhur tas-sena il-Gvern nefaq kważi €480 miljun fuq benefiċċji soċjali. Il-parti l-kbira taż-żieda fin-nefqa ġiet mill-benefiċċji kontributorji, fosthom il-pensjonijiet li żiedu l-ispiża bi kważi €47 miljun.
L-NSO spjega li persuni bil-pensjoni tal-irtirar żdiedu b’aktar minn 1,800 ruħ biex issa hemm kważi 46,000 ruħ b’din il-pensjoni.
Il-benefiċċji soċjali ta’ persuni li ma jaħdmux u ta’ persuni morda naqsu b’aktar minn 800.
Il-benefiċċji soċjali mhux kontribitorji fl-ewwel sitt xhur laħqu aktar minn €96 miljun biex b’hekk żdiedu bit-3.4% fuq l-ewwel nofs tal-2016.