Tiżdied il-pressjoni biex Trump jitneħħa minn President

Donald Trump campaign

Read in English.

Id-Demokratiċi fil-Kungress bdew jieħdu l-passi biex ineħħu lill-President Donald Trump. Din il-pressjoni qed issir wara l-frakass li qam meta għadd ta’ nies li jappoġġjaw lil Trump attakkaw il-bini tal-Kungress fis-seduta tal-Erbgħa. 

Id-dikjarazzjonijiet foloz ta’ Trump, li kien hemm frodi elettorali, qed jitqiesu bħala n-niċċa li wasslet għall-iżviluppi drammatiċi li kien hemm fil-bini tal-Kungress u li sewa l-ħajja ta’ ħames persuni. 

Tard il-Ħamis Donald Trump xandar messaġġ li fih ikkundanna l-vjolenza li seħħet.

Fl-istess jum, Trump ħabbar ukoll li se jiżgura tranżizzjoni bla xkiel għal “amministrazzjoni ġdida.”

Trump jgħid li se jkun tranżizzjoni ordnata
Trump iħabbar li se jkun hemm proċess ta’ tranżizzjoni ordnata

 

Kliem Trump kien jikkuntrasta bil-qawwi mad-diskors tiegħu nhar l-Erbgħa, meta ħeġġeġ folla ta’ eluf biex jinżlu fuq il-Capitol hekk kif il-Kungress iltaqa’ biex jiċċertifikar-rebħa elettorali ta’ Biden.

Il-Kungress Amerikan japprova ir-rebħa ta’ Biden
Il-Kungress Amerikan japprova ir-rebħa ta’ Biden

.