Tiżdied b’1.5% ir-rata tal-investiment tan-negozju

Ir-rata tal-investiment tan-negozju fiz-zona ewro żdiedet b’1.5% fir-raba’ kwart tal-2016.
Dan hekk kif skont rapport maħruġ mill-Eurostat, l-aħħar tliet xhur tal-2016 irreġistraw rata ta’ 23.5% filwaqt li r-rata tat-tielet kwart tal-istess sena kienet ta’ 22%.
Barra minn hekk, is-sehem ta’ qligħ tan-negozju fiz-zona ewro kien ta’ 41% fl-aħħar tliet xhur tal-2016, filwaqt li t-tielet kwart tal-2016 irreġistra rata ta’ 40.7%.
Iz-zona ewro tikkonsisti fi 19-il Stat Membru: il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja.