Tixxemmex fuq iċ-ċint tat-Tritoni; il-Pulizija twaqqafha

Tliet uffiċjali tal-Pulizija marru ħdejn il-funtana tat-Tritoni, fejn fuq iċ-ċint tal-istess funtana kien hemm mara tilgħaq ix-xemx.
Jidher li l-mara, b’ilbies ta’ ħdejn il-baħar, tefgħet ix-xugaman fuq iċ-ċint u qagħdet tixxemmex.
Hekk kif kull bniedem mitt fehma, kien hemm min ma ddejjaq xejn, filwaqt li oħrajn kemmxu xufftejhom u saħansitra infurmaw lill-Pulizija.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, il-pulizija ordnaw lill-mara biex tmur tixxemmex ħdejn il-baħar.
Ritratt: Facebook – Redent Schembri