“Tixtrux rigali lill-għalliema biex tiffrankaw l-ispejjeż” – Skola f’Wales

Skola f’Wales talbet lill-ġenituri biex ma jixtrux rigali tal-Milied lill-għalliema. Dan bil-għan li tnaqqas il-piż finanzjarju minn fuq il-familji u awtomatikament tkun qed tgħin lil dawk fil-bżonn.

L-amministrazzjoni tal-iskola talbet lil dawk il-ġenituri li xorta jixtiequ jagħtu rigali, biex jagħtuhom karità.  Dan bil-għan ukoll li t-tfal jibdew jirrealizzaw iktar l-importanza li wieħed jgħin lill-oħrajn speċjalment f’dan iż-żmien tas-sena.

Il-ġenituri, min-naħa l-oħra, jemmnu li huwa ‘naturali’ li jħossu li għandhom jirringrazzjaw lill-għalliema b’xi rigal. Fl-istess ħin ammettew li hi wġigħ ta’ ras meta tiġi biex tagħżel x’rigal se tagħżel.