Tixtrix minn dawn il-lighters

Ritratti: MCCAA

Instabu numru ta’ novelty lighters fis-suq Malti li huma pprojbiti għaliex huma ta’ periklu, speċjalment għat-tfal.

Dawn il-lighters huma pprojbiti mis-suq Ewropew, inkluż dak Malti, għaliex huma ta’ riskju serju, speċjalment għat-tfal. Il-Kummissjoni Ewropea pprojbiethom fl-2006 għaliex minħabba l-għamla tagħhom, u xi ħsejjes u dawl li jipproduċu, it-tfal jaf jaħsbuhom ġugarelli, u jilagħbu bihom, li jista’ jikkawża inċidenti serji.

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tista’ tieħu azzjoni kontra l-operaturi li jibqgħu jqiegħdu dawn il-prodotti fis-suq. Il-konsumaturi huma mħeġġa jirritornaw dawn il-lighters minn fejn xtrawhom.