Il-laned affettwati nġabru kollha mill-ħwienet – importatur

Aġġornat 08:38 PM

L-importatur tat-tonn taż-żejt Rio Mare qal ma’ Newsbook.com.mt li l-laned tal-lott affettwat mill-biċċiet tal-plastik, inġabru kollha mill-ħwienet.

Illum id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali avża lill-pubbliku ma jikkunsmax tonn taż-żejt tad-ditta Rio Mare, peress li fil-laned jista’ jkun hemm biċċiet tal-plastik blu.

Deskrizzjoni tal-prodott: Tonn fiż-żejt taż-żebbuġa
Ditta: Rio Mare
Deskrizzjoni tal-maħfen: 3 laned imdawrin b’kartuna
Data tad-durabbiltà: 31/12/2023
Użin: 3 laned ta’ 160 gramma-il waħda
Lott: L19161

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefown 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.