Tixtrix minn dan il-prodott!

Il-prodott ‘Funghi Porcini Secchi Speciali’ m’għandux jinxtara, għax instab li jista’ jkun fih biċċiet żgħar ta’ faqqiegħ ta’ speċi oħra minn dak li hemm miktub fuq it-tikketta.

Il-kumpanija Baresa, li toħroġ dan il-prodott, wissiet li dan il-pakkett ta’ 30g m’għandux jittiekel. In-numru tal-lott u d-data meta jiskadi huma: AS. 30.03.19.

Baresa avżat lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovritendenza tas-Saħħa Pubblika b’dan. Id-Direttorat irċieva l-istess aħbar mingħand is-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf.