Tixtrix din il-pudina jekk b’allerġija għall-ħalib

Jekk għandek allerġija jew intolleranti għall-ħalib tikkunsmax din il-pudina taċ-ċikkulata.

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ħareġ dan l-avviż dwar Chocolate puddings tad-ditta NO MOO, li jiskadu sat-13 ta’ Lulju 2021. Il-prodott jiżen 160 gramma.

Dan minħabba li l-prodott jista’ jkun fih ħalib li mhux iddikjarat fuq it-tikketta.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefown 2133 7333 mit-8am sas-2.30pm, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab fil-Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook jew is-sit uffiċjali għal informazzjoni simili.