Tixtrix dan il-prodott!

Il-prodott żerriegħa tal-ward tax-xemx inkaljati u bil-melħ miżjud tad-dita Miras m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli elevati ta’ Aflatossina.
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qal li l-rpdott jiżen 250g u d-data ta’ durabbilità hija ta’ 25/03/2019.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 21337333 mit-8am sas-2.30pm.