Tixtrix dal-prodott jekk il-qamħ ma jaqbilx miegħek

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika wissa biex il-pubbliku ma jikkunsmax prodott għax fih qamħ li mhuwiex iddikjarat.
Il-prodott huwa Lasagne Sheets – Spelt Pasta tad-ditta Biona Organic, bid-dati 12/10/2020 u 18/01/2021, tqil 250g.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt
Hemm ukoll il-paġna tal-Facebook.