Tixtri libsa tiswa €199 u f’ħanut Ċiniż issibha bi €8

F’dan iż-żmien tas-sales min ma jidħolx f’ħanut u jixtri bi prezz imraħħas libsa li jkun tefa’ għajnejh fuqha?
Mara Taljana għamlet l-istess minn ħanut rinomat f’Padova. Rajt libsa li togħġobha u xtratha kwżi €200. 
Kuntenta u ferħana għax mingħalija għamlet akkwist, ftit metri ‘l bogħod mill-ħanut, tara l-istess libsa tinbigħ għal €8 biss.
Il-libsa kienet f’ħanut Ċiniż u b’kurżità kbira daħlet tiċċekkja it-tabella tal-libsa u tara fejn inħadmet.
Dik li kellha fil-basket u dik li kienet qed tlibbes lill-pupa kienu t-tnejn magħmula fiċ-Ċina u mill-istess kumpanija.
F’dak il-mument ta’ rabja marret tagħmel rapport lill-pulizija.
Skont sid il-ħanut minn fejn is-sinjura ħallset €199, il-libsa xtraha minn fiera li tittella’ f’Pariġi.