Tixtieq tkun taf kif isiru l-pasturi tat-terracotta?

sdr

L-Għaqda Il-Milied fix-Xagħra qed torganizza seminar dwar l-arti tal-pasturi tat-terracotta.L-artist Għawdxi Hubert Saliba se juri kif juża t-teknika artistika tiegħu biex jagħmel dawn il-pasturi tal-Milied.

Is-seminar se jsir għada fid-9.30am fiċ-Ċentru Ġesù Nazzarenu, Triq Mannar, qrib il-knisja tan-Nazzarenu fix-Xagħra stess.

Din is-sena, 30 presepju artistiku, kemm mekkaniċi kif ukoll statiċi flimkien ma’ presepju barokk kbir maħdum f’Napli u presepju ħaj se jkunu kollha murija fix-Xagħra.

Dan l-avveniment qed jiġi organizzat b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tax-Xagħra u ċ-Ċentru Ġesù Nazzarenu. Id-dħul għas-seminar hu b’xejn. Għal aktar informazzjoni ibgħat imejl fuq miliedxaghra@gmail.com jew żur il-paġni ta’ Facebook – Facebook.com/GhaqdaMiliedXaghra u Facebook.com/xaghraparish.