Tixtieq tkun taf kemm qed taħli elettriku?

Se tkun tista’ tqabbel il-konsum tal-elettriku tiegħek ma’ dak tan-nies ta’ madwarek permezz ta’ sit ġdid u app.
Il-konsum tal-elettriku u l-konservazzjoni tal-enerġija jħallu implikazzjonijiet kbar fuq l-ambjent u s-soċjetà, u għalhekk il-Malta Intelligent Energy Management Agency (MIEMA) se tkun qed tqajjem kuxjenza dwar dan.
Permezz tal-proġett Social Electricity Online Platform (SEOP) li qed isir fuq f’diversi pajjiżi Ewropej, se jkunu qed jedukaw lin-nies dwar il-konsum tal-elettriku biex jgħin lin-nies ikunu iktar konxji.
Dan il-proġett se jkun f’forma ta’ web platform li permezz tagħha jkunu jistgħu jattendu korsijiet onlajn. Kull parteċipant jirċievi ċertifikat ta’ parteċipazzjoni.
Se jkun hemm ukoll app li tgħin lin-nies ikollhom għarfien aħjar dwar l-effett li qed iħallu fuq l-ambjent billi jqabblu l-carbon footprint tagħhom ma’ dik ta’ ħbieb u ta’ ġirien.
L-idea oriġinat bħala parti minn riċerka fid-dipartiment tax-xjenza teknoloġika fl-Università ta’ Ċipru, li wriet li s-soċjetà tkun influenzata minn bdil fl-atteġġjament relatat mal-konservazzjoni tal-enerġija.
Aktar informazzjoni dwar dan il-proġett tista' ssibu hawn